Gżira Athleta bl-ewwel unur tal-istaġun

Monday, October 16, 2017, 20:33

St. James Hospital Super Cup Nisa – FINALI

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 60

Gżira Athleta 64

(16-16)(10-12)(24-21)(10-15)

Fil-finali tas-St. James Hospital Super Cup tan-nisa, ic-Champions Caffè Moak Luxol iltaqgħu kontra Gzira Athleta. Luxol kellhom ir-ritorn tal-Germaniż Christoph Stolp fuq il-bank però tilfu lil Steffi De Martino mill-iskwadra tas-sena li għaddiet li issa ingħaqdet ma’ Depiro. Huma kellhom lill-Amerikana Ashanti Plummer tagħmel id-debutt tagħha li kien pjuttost kwiet u kellha wkoll xi ħin fuq il-bank. Minn naħa l-oħra Athleta kkonfermaw lil Ruth Spiteri bħala coach u lill-Amerikana Amelia Simmons issa fit-tielet staġun tagħha f’pajjiżna però tilfu lil Christina Grima li b’mod temporanju waqfet mill-logħba. Kienu Luxol li ħadu l-ewwel vantaġġ wara punti ta’ Christina Curmi u three pointers ta’ Paula Ellul u Sarah Pace. Athleta bdew jirrispondu bil-punti ta’ Simmons u trippla ta’ Beverlee Zammit wasslithom sa’ 4 punti ‘l bogħod 9-13 fit-tmien minuta. Huma komplew jersqu viċin u wara basket ta’ Pace għac-champions, three pointer eżattt mal-buzzer minn Leanne Duncan għamel l-iskor indaqs 16-16.  Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Athleta marru għall-ewwel darba minn fuq wara trippla ohra ta’ Zammit. Ir-risposta tal-Luxol ġiet minn sensiela ta’ free-throws ta’ Noelene Vella u Pace qabel ma’ Athleta reġgħu rrispondew bil-punti ta’ Chantelle Mifsud u Sharon Vella biex daħlu jistrieħu basket minn fuq 28-26.

Wara l-intervall iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u

Ritratt: Wally Galea

trippla ta’ Pace għamlet l-iskor indaqs 33-33 fit-tieni minuta. Athleta reġgħu marru minn fuq permezz ta’ Vella u Simmons qabel ma’ Luxol wieġbu bil-punti ta’ Martina Darmanin, Ina Baena Medina li kellha wkoll three pointer biex marru huma 5 minn fuq 47-42. Ir-risposta tal- Athleta waslet bi break ta’ 7-0 f’inqas minn żewġ minuti però freethrow ta’ Pace fl-aħħar sekondi ra lic-champions jibdew l-aħħar taqsima b’vantaġġ minimu ta’ punt 50-49. Hawn ir-ritmu tbaxxa hekk kif il-ħin beda jonqos u l-iżbalji żdiedu fuq iz-żewġ naħat. Athleta żbaljaw l-inqas u fir-raba’ minuta fetħu vantaġġ kruċjali ta’ 3 punti wara żewġ baskets minn Mifsud u Simmons. Luxol qatt ma rnexxielhom jerġgħu jieħdu l-vantaġġ u għal darbtejn waslu sa’ punt ‘l bogħod qabel ma Antoinette Borg għalqet il-partita fuq skor finali ta’ 64-60. Fi tmiem il-partita, Maria Bugeja, CEO ta’ St. James Hospital ippreżentat it-trofew lil captain ta’ Gzira Athleta Leanne Duncan għat-tielet suċċess tagħhom f’din il-kompetizzjoni wara tnejn fis-snin disgħin.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 21, C. Borg Millo, I. Baena Medina 7, N. Vella 1, A. Plummer 6, K. Portelli 4, V. Fijo Mateos, P. Ellul 7, C. Sollami, M. Darmanin 4,  C. Curmi 10.

Gżira Athleta: M. Pollaco, B. Zammit 9, S. Pisani, L. Sciberras 7, A. Simmons 29, D. Said Hollier 2, A. Borg 4, J. Schembri, S. Vella 6, E. Pace, C. Mifsud 7.

Referees: Emanuel Mangani, Bernard Vassallo, Ivica Simic.





Leave a comment