Gżira Athleta bl-ewwel rebħa fis-serje finali

Wednesday, March 15, 2017, 23:06

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI – FINALI

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 51

Marvels Power Plus 35

(8-11)(14-7)(19-5)(10-12)

Gżira Athleta ħadu l-ewwel vantaġġ fil-finali tal-kampjonat Bank of Valletta meta għelbu lil Marvels Power Plus 51-35. Athleta kienu diġa għelbu lil Marvels fit-tlett rounds ta’ qabel u fin-Knock-out. Marvels kienu mingħajr Andras Toompere u l-coach Kevin Zammit għal din il-partita. Fl-ewwel sessjoni Marvels żammew il-pass mall-avversarji speċjalment bid-difiża fuq l-Amerikan Kwame Thompson meta llimitawh għal basket wieħed biss. Trippla ta’ Joshua Aquilina fetħet il-partita b’Marvels iwieġbu bi break qasir ta’ 8-2 bil-punti ta’ Jonathan Ransley u Christian Briffa biex irnexxielhom itemmu l-ewwel sessjoni 11-8 minn fuq. Fit-tieni taqsima, Ransley kabbar il-vantaġġ ta’ Marvels qabel ma Athleta għamlu sitt punti mingħajr risposta bil-Marvels kostretti jieħdu time-out. Sandro Farrugia lagħab il-karta Nathan Xuereb u ż-żagħżugħ wieġeb b’żewġ three pointers fl-aħħar żewġ attakki biex Athleta daħlu jistrieħu 22-18 minn fuq.

It-tielet sessjoni kienet storja differenti hekk kif Marvels sabu diffikulta kontra d-difiża stretta tal-Athleta u wettque sensiela ta’ turn-overs. Athleta ħatfu l-okkażjoni u għamlu run ta’ 15-0 bi trippla ta’ Luca Stefanovic  u punti ta’ Thompson u Francesco Mifsud Bonnici. L-ewwel punti ta’ Marvels ġew fis-seba’ minuta minn free-throws ta’ Darren Debattista qabel ma Athleta għamlu żewġ baskets oħra. L-uniku basket ta’ Marvels ġie minn Ransley fl-aħħar attakk tagħhom però Athleta issa kienu 18 –il punt minn fuq 41-23. Fl-aħħar sessjoni l-logħob kien aktar bilanċjat u wara li Athleta fetħu bi trippla ta’ Stefan Vincic, Marvels kellhom sitt punti biex naqqsu d-distakk però Athleta baqgħu jikkontrollaw il-partita u għalqu bil-punti ta’ Mark Cilia u Julian Wait għal skor finali ta’ 51-35 biex għamlu l-ewwel pass lejn ir-rebħ tal-kampjonat.

Gżira Athleta: R. Zammit, F. Mifsud Bonnici 5, J. Wait 5, J. Aquilina 7, L. Stefanovic 3, M. Gauchi Montaldo 2, M. Giusti, K. Thompson 16, C. Schembri, S. Vincic 5, M. Cilia 2, N. Xuereb 6.

Marvels Power Plus: L. Azzopardi 2, D. Massa, D. Pisani 5, R. Curmi, D. Debattista 4, K. Maruda, D. Garcia 3, C. Briffa 10, A. Morris, J. Ransley 11.

Referees: Igor Marjanovic, Brian Sly, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Statistika…

Athleta

Free throws – 7 on 9

Baskets – 13 on 47

Three pointers – 6 on 24

Rebounds – 50

Assists – 10

Turnovers – 17

Steals – 15

Fouls Suffered – 8

Fouls Made – 15

Marvels

Free throws – 11 on 20

Baskets – 12 on 55

Three pointers – 0 on 4

Rebounds – 53

Assists – 6

Turnovers – 23

Steals – 6

Fouls Suffered – 15

Fouls Made – 8

 

It-tieni partita: It-Tlieta 21 ta’ Marzu fit-20:00





Leave a comment