- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Gżira Athleta bl-ewwel rebħa fis-serje finali

Posted By sportinmalta1 On May 15, 2018 @ 6:41 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI – FINALI

minn Colin Schembri

Depiro 73

Gżira Athleta 86

(18-23)(21-25)(18-17)(16-21)

Gżira Athleta għamlu l-ewwel pass lejn ir-rebħ

Ritratt: Wally Galea

tal-kampjonat tat-tieni diviżjoni meta għelbu lil Depiro 86-73 f’partita sabiħa u minkejja d-distakk finali ta’ 13 –il punt, Depiro kienu fil-partita għal ħin twil però tilfu żewġ players importanti lejn it-tmiem u Athleta setgħu iserrħu rashom. Taħt il-boards. Athleta kienu b’saħħithom ikatr speċjalment bl-inklużjoni ta’ Carmelo Pucchia fejn ħa diversi rebounds u kiseb ukoll punteġġ posittiv. Depiro kienu mingħajr Ethan Briffa u Athleta kellhom nieqes lil Miguel Gauchi Montaldo.  Kienu Athleta li ħadu l-ewwel vantaġġ meta kellhom il-punti ta’ Stefan Vincic u Albert Serra. Depiro wieġbu bil-baskets ta’ Nicholas Grech u trippli tal-Amerikan Jack Nygaard biex marru basket minn fuq 14-12 iżda Athleta ħasduhom b’run ta’ 11-2 b’diversi punti ta’ Serra flimkien ma’ Nathan Xuereb u Francesco Mifsud Bonnici biex temmew l-ewwel sessjoni 23-18 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Depiro rkupraw meta kellhom żewġ trippli minn Kurt Xuereb u oħra ta’ Nygaard u naqqsu d-distakk għal punt 30-31. Kien imiss lil Athleta li jagħfsu l-gass u għamlu break ta’ 10-2 maqsum bejn Xuereb  u Serra  u biż-żewġ timijiet ikollhom trippla kull wieħed, Athleta daħlu jistrieħu 48-39 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni kien hemm botta u risposta għal ħin twil biex il-vantaġġ tal-Athleta baqa’ stabbli. Mifsud Bonnici għamel trippla għalkemm Depiro komplew jirrispondu permezz ta’ Xuereb, Grech u Matthew Borg biex Athleta temmew it-taqsima minn fuq 65-57. Fil-ftuħ tal-aħħar taqsima, Depiro tilfu lil Adam Chomo bil-ħames foul però hawn spikka Grech b’diversi punti konsekuttivi fosthom trippla u Deprio waslu sa’ punt ‘l bogħod 70-71. Grech kellhu però jħalli l-court b’injury f’rashu u Athleta approfittaw bi break deċisiv ta’ 9-0 b’żewġ trippli ta’ Xuereb. Grech irritorna fuq il-court però Depiro kienu mingħajr Xuereb li kellhu jieqaf qabel minħabba żewġ technical fouls u Athleta għamlu l-aħħar sitt punti tal-partita minn Xuereb u Vincic biex ħadu l-ewwel rebħa fuq skor ta’ 86-73.

Depiro: A. Attard, N. Grech 17, J. Camilleri, A. Chomo 10, K. Xuereb 12, M. Borg 8, M. Zloh, M. Brincat, J. Nygaard 26, M. Debattista, J.Vibe.

 

Gżira Athleta: K. Schembri, F. Mifsud Bonnici 13, C. Pucchia 12, A. Serra 27, L. Stefanovic 12, N. Xuereb 21, J. Aquilina, J. Caruana, S. Vincic 9, J. Ransley 2, M. Cilia.

Referees: Emanuel Mangani, Tuomas Mantere, Christine Xuereb

Statistika…

Depiro

Free throws – 9 on 22

Baskets – 17 on 35

Three pointers – 10 on 31

Rebounds – 45

Assists – 13

Turnovers – 13

Steals – 6

Fouls Suffered – 18

Fouls Made – 21

Athleta

Free throws – 12 on 16

Baskets – 28 on 51

Three pointers – 6 on 24

Rebounds – 46

Assists – 13

Turnovers – 12

Steals – 4

Fouls Suffered – 19

Fouls Made – 19

It-tieni partita: It-Tlieta 15 ta’ Mejju fis-19:30


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/gzira-athleta-bl-ewwel-rebha-fis-serje-finali-2/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.