Gżira Athleta bit-tielet rebħa u Hibs lura għar-rebħ

Monday, December 2, 2019, 21:42

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Starlites GIG 69

Gżira Athleta 83

(19-12)(13-21)(16-23)(21-27)

Gżira Athleta għamluhom tlett rebħiet minn tlett partiti

Ritratt: Wally Galea

fil-kampjonat meta għelbu lil Starlites GIG 83-69. Starlites kienu mingħajr Ivan Kumric fil-waqt li Athleta kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom bl-eċċezzjoni ta’ Matthew Gouder li mistenni jirkupra fi ftit ġimgħat oħra. Basket ta’ Nathan Xuereb fetaħ il-partita bi Starlites jirrispondu permezz ta’ Alec Felice Pace u l-Amerikan Konor Kulas li qasmu bejniethom l-ewwel 10 punti tagħhom. Athleta kellhom risposta bit-trippli ta’ Shawn Pace u Xuereb però kienu Starlites li għamlu l-aħħar seba’ punti mingħajr risposta biex għalqu l-ewwel taqsima 19-12 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Athleta bdew b’run ta’ 10-2 b’żewġ three pointers minn Luca Stefanovic u Milos Novakovic u ħadu l-vantaġġ 22-21. Għal xi ħin iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin però punti konsekuttivi ta’ Kulas reġgħu poġġew lil Starlites minn fuq. L-aħħar punti tat-taqsimi però wasli minn Athleta li rnexxielhom idawwru r-riżultat bi trippla ta’ Stefanovic għal skor ta’ 33-32.

Wara l-intervall, Jeremy Marseille u Robert Bonnici poġġew lil Starlites fuq quddiem għall-aħħar darba. Athleta għamlu run ta’ 14-2 b’żewġ trippli ta’ Pace u wara li Kulas waqqafhom, ic-champions komplew b’oħra ta’ 9-2 fejn Stefanovic u Ian Thiesen kellhom three pointer kull wieħed għal skor ta’ 56-48. L-aħħar taqsima kienet kważi kollha botta u risposta hekk kif il-baskets bdew ġejjin fuq kull naħa fejn għall-Athleta deher aktar l-Amerikan Conell Crossland u Starlites bdew jirrispondu permezz ta’ Felice Pace u Miguel Falzon. Lejn it-tmiem kien hemm break qasir minn Athleta li bih għalqu l-partita b’rebħa 83-69.

Starlites GIG: A. Felice Pace 14,M. Azzopardi, R. Bonnici 4, I. Felice Pace 2, M. Fabri, M. Falzon 7, M. Scerri 3, R. Carabott 4, K. Kulas 28, J. Marseille 7.

 

Gżira Athleta: C. Crossland 14, S. Pace 9, B. Zammit, P. Shoults 4, L. Stefanovic 14, S. Galea, N. Xuereb 15, E. Sciberras, M. Novakovic 16, I. Thiesen 11, E. Abela, R. Abela.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Luke Camilleri

Hibernians 110

 

Luxol 70

(32-22)(29-19)(20-19)(29-17)

Hibernians irritornaw għar-rebħ kontra Bupa Luxol meta għelbuhom 110-77. Luxol qiegħdin iħossu n-nuqqas ta’ player barrani professjonali għalkemm Vukassin Jandric jitħabat ukoll jidher li mhux biżżejjed. Il-bank huwa ffurmat minn diversi players żgħażagħ u dan ifisser nuqqas t’esperjenza fil-mument għalkemm il-coach Duncan Fenech jatihom ħin fuq il-court. Hibs kienu mingħajr William Ahlberg u Luxol kellhom lura lil Slavko Opojevlic. Il-partita kellha bidu bilanċjat bi three pointers fuq kull naħa minn Chandler Rowe għal Hibs u Keith Dimech u Jean Paul Schembri għal Luxol għal skor ta’ 11-11. Hibs bdew imorru fuq quddiem bl-ewwel run ta’ 9-2 bil-punti ta’ David Bugeja u Anton Axiaq. Għal Luxol kien Dimech li kompla jagħmel il-punti però Hibs komplew permezz ta’ Marco Matijevic u Isaac Bonett b’dan tal-aħħar jagħmel trippla għal skor ta’ 32-22. Fit-tieni sessjoni three pointers minn Schembri u Francesco Mifsud Bonnici naqqsu d-distakk bin-nofs però Ivan Demcesen approfitta minn nuqqas ta’ tul fid-difiża tal-vjola u reġa kabbrilhom il-vantaġġ. Hibs komplew b’run ta’ 15-2 bit-three pointers ta’ Rowe u Nikola Vasovic fost l-oħrajn biex daħlu jistrieħu 61-41 minn fuq.

Luxol reġgħu tħabtu fil-bidu tat-tielet perjodu però kull darba sabu lil Hibs jirrispondu għal punti tagħhom minkejja li l-coach Mario Tabone kompla jdawwar il-players. Hisb kellhom aktar punti fosthom trippla ta’ Kieron Caruana biex żammew vantaġġ sod fi tmiem it-tielet taqsima 81-60. Fl-aħħar sessjoni Luxol ċedew għal kollox u Hibs setgħu jkomplu jinqatgħu fuq quddiem fejn kellhom fost l-oħrajn żewġ trippli ta’ Caruana u oħra ta’ Paul Attard. Huma għaqqdu l-mitt punt b’żewġ free-throws ta’ Bonett u għalqu l-partita bit-trippli ta’ Rowe u Matthew Attard għal skor finali ta’ 110-77.

Hibernians: P. Attard 5, D. Bugeja 15, K. Caruana 11, L. Farrugia, I. Bonnett 10, N. Vasovic 16, A. Axiaq 9, M. Matijevic 4, M. Attard 3, C. Rowe 17, I. Demcesen 20.

 

Luxol: J. Cefai, V. Jandric 20, P. Englebert 2, E. Caruana Montaldo, F. Mifsud Bonnici 6, JP Schembri 14, K. Dimech 29, I. Pace 2, S. Opojevlic, K. Gauchi, L. Trapani, S. Cappello 4.

Referees: Malek Hraisha, Sejmir Jafilika, Ivica Simic.





Leave a comment