Ġurnata sewda għall-iSport Malti – Gazzetta ta’ Liechtenstein

Friday, June 3, 2011, 15:30

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports

Milli jidher mhux biss il-players u l-kontinġent tat-Tim tal-iSquash ta’ Liechtenstien ħaduha bi kbira wara dak li ġara l-bieraħ iżda wkoll anke l-ġurnalisti lokali hekk kif is-suppliment sportiv tal-Gazzetta Vaterland ħarġet bit-titlu “Ġurnata sewda għall-iSport Malti”.

Il-gazzetta kienet qed tagħmel referenza għal dak li ġara l-bieraħ fejn il-kowċ malti tal-iSquash Ivan Balzan iddeċida li jirtira mil-logħba lil Joseph Desira wara li deher imweġġa’.

Skond il-ġurnalista Von Hans Peter Malta għamlet nuqqas ta’ Fair Play. Jidher li Liechtenstein huma rrabjati l-iktar għaliex Malta sfurzathom ‘l isfel ukoll mil-podu tat-tieni post biex ħadu l-bronż.

Mark Cutajar Chef de Mission tal-KOM f’kuntatj ma’ dan is-sit qal li hu konxju ta’ dan l-artiklu u malli jkollu transalation ta’ dak li nkiteb ikun lest jagħti l-kummenti uffiċjali tiegħu.

Ara l-istorja dwar il-protest – http://www.sportinmalta.com/protest-kontra-malta-nistghu-nitilfu-wahda-deheb-fl-isqaush/





Leave a comment