Ġurnalisti, coaches u referees f’tournament triangolari

Monday, December 20, 2010, 17:08

minn Catherine Micallef. 
 
Iktar kmieni llum waranofsinhar waqt konferenza stampa, tħabbar li din is-sena se jerġa’ jkun organizzat it-tournament triangolari l-għada tal-Milied bil-parteċipazzjoni tat-timijet magħmula minn ġurnalisti tal-isport, coaches tal-futbol u referees tal-futbol. Dan it-tournament kien tradizzjonalment isir sa ftit snin ilu fejn oriġinarjament din il-partita kienet issir bejn il-ġurnalisti tal-isport u r-referees tal-futbol.
 
Waqt din il-konferemnza stampa, tkellmu Charles Camenzuli President tal-Għaqda Ġurnalisti Sport, Lolly Aquilina President tal-Malta Football Coaches Association kif ukoll Lorry Sammut President tal-Malta Football Referees Association. Huma kollha sostnew is-sodisfazzjon tagħhom għall-fatt li din l-attivita`qed terġa’ ssir wara nuqqas ta’ diversi snin. Mill-1975, il-partita kienet issir fi żmien il-Milied bejn membri ta’ dak iż-żmien Għaqda Kittieba Sports (illum Għaqda Ġurnalisti Sport) u referees tal-futbol. Minn din is-sena, b’kollaborazzjoni sħiħa mal-MFCA, qed issir l-għada tal-Milied u qed ikun maħsub li dan l-avveniment jidħol fil-kalendarju tat-tliet għaqdiet.
 

Mix-xellug Lolly Aquilina President MFCA, Charles Camenzuli President GħĠS, Bjorn Vassallo CEO MFA u Lorry Sammut President MFRA

Mix-xellug Lolly Aquilina President MFCA, Charles Camenzuli President GħĠS, Bjorn Vassallo CEO MFA u Lorry Sammut President MFRA

It-tliet għaqdiet ħeġġew lill-membri rispettivi tagħhom biex jipparteċipaw f’dan l-avveniment li fih ukoll se jinġabru fondi b’risq l-Istrina. Dan it-tournament triangolari se jsir nhar il-Ħadd li ġej 26 ta’ Diċembru minn 12.30pm íl quddiem fil-Victor Tedesco Stadium il-Ħamrun. Se jkun hemm ukoll kollegamenti live waqt ix-xandira tal-programm l-Istrina.





Leave a comment