GSSE 2017: Saturday Update

Monday, June 5, 2017, 14:53

Fl-ahhar gurnata tal-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar, is-Sibt filghodu assistejna ghat-time trials fic-Ciklizmu, fejn ir-rizultati miksuba mic-ciklisti Maltin kienu ‘l boghod milli jinkisbu xi midalji.

L-ewwel ma saret kienet it-Time Trial tan-Nisa, li fiha hadu sehem 11-il ciklista, fosthom tliet ciklisti Maltin Stephanie Alden, Marie Claire Aquilina u Michelle Vella Wood. L-ahjar rizultat inkiseb minn Vella Wood li ghamlet hin ta’ 20 minuta 0.63 sekondi biex spiccat fil-hames post. Marie Claire Aquilina spiccat fit-8 post f’20 minuta 54.44 sekondi waqt li Stephanie Alden kisbet id-9 post b’hin ta’ 21 minuta 33.86 sekondi.

Ir-rebbieha tat-time trial kienet ic-Ciprijotta Antri Christoforou li kellha hin ta’ 18-il minuta 53.24 sekondi, segwita minn zewg ciklisti tal-Lussemburgu, Elise Maes (19′ 24.11″) u Anne-Sophie Harsch (19′ 56.86″).

Fit-time trial ta’ l-irgiel hadu sehem 23 ciklist, fosthom 4 Maltin, jigifieri Alexander Pettett, James Mifsud, Maurice Formosa u Etienne Bonello. Hawnhekk ir-rizultati xejn ma kienu sodisfacenti hekk kif Pettett spicca fl-14-il post (23′ 51.46″), segwit minn Mifsud fil-15-il post (23′ 55.82″). Etienne Bonello spicca fil-21 post (24′ 37.42″) u Maurice Formosa fit-23 post (25′ 21.68″).

Ir-rebbieh tat-time trial kien ic-Ciprijott Andreas Miltiadis li kellu hin ta’ 21 minuta u 59.54 sekondi; fit-tieni post spicca Victor Langellotti ta’ Monaco fi 22 minuta u 6.82 sekondi, u t-tielet Julio Alfredo Pintado Madrigal ta’ Andorra li kellu hin ta’ 22 minuta 12.47 sekondi.

Dal-ghodu wkoll kien fl-azzjoni ghall-ahhar darba t-team Malti tal-Volleyball tan-Nisa li tilef 3-0 kontra Lussemburgu (Sets 25-13, 25-23, 25-20)

Wara nofsinhar se jsir ir-round finali tal-kompetizzjoni Skeet, f’dak li hu Sparar, fejn Clive Farrugia spicca t-tielet fil-kwalifikazzjoni b’total ta’ 112 minn 125, waqt li Bozhidar Dimitrov spicca fir-raba’ post b’110 plattina. Fl-ewwel zewg postijiet hemm tiraturi minn Cipru. Il-finali ta’ li Skeet tibda fis-2.00 pm

Wara nofsinhar se jsiru wkoll l-ahhar events ta’ l-Atletika fejn Malta se tkun qed tiehu sehem f’disa’ events bl-akbar tama ghal midalja tad-deheb tkun Charlotte Wingfield fil-200 metru femminili.

 





Leave a comment