GSSE 2017: San Marino Games update

Thursday, June 1, 2017, 14:34
Matul in-nofs ta nhar ta’ dalghodu spikka l-aktar fost il-kontingent Malti r-rebha li kiseb it-team femminili tat-Table Tennis li kiseb post fil-final kontra Lussemburgu wara li fis-semi-finali t-team Malti, iffurmat minn Viktoria Lucenkova u Jessica Pace, gheleb lill-Montenegro 3-1. Il-final se tintlaghab illum fl-4 pm. Ta’ min ifakkar li Malta laghbet diga’ kontra l-Lussemburgu fil-preliminari u tilfet 3-1.

Fl-isparar Frans Pace dalghodu spicca fl-ewwel post tal-kompetizzjoni Trap b’total ta’ 118-il plattina minn total ta’ 125 biex wara nofsinhar se jkun qed jikkompeti ghar-rebh tal-midalji. Pace, li ghandu 55 sena u qed jirritorna f’dan il-loghob wara 8 snin, se jikkompeti fil-fazi finali ma’ Gian Marco Berti (San Marino) li laqat 118 ukoll, flimkien ma’ Nihat Akterzi u Adonis Mylonas (it-tnejn ta’ Cipru) u Manuel Mancini (San Marino), li t-tlieta li huma laqtu 115, waqt li Daniel Dandreis (Monaco) laqat 114 u ghadda ghall-fazi finali wara shoot-off ma’ Lyndon Sosa (Lussemburgu).

It-tiratur l-iehor Malti fit-Trap, Brian Galea, laqat 112 biex naqas milli jikkwalifika.

Fis-singles tal-Bocci, David Farrugia tilef 12-7 kontra Jacopo Frisoni (San Marino) fis-semi-finali u l-lejla fis-6 pm jilghab kontra Nicola Caroccia (Liechtentstein) ghall-midalja tal-bronz. San Marino se jirbhu kemm id-deheb kif ukoll il-fidda minhabba li l-avversarju ta’ Frisoni fil-finali se jkun il-kompatrijott Enrico Dall’Olmo.

Dizappunt fit-tennis fejn Matthew Asciak tilef fil-kwarti-finali tas-singles kontra Ugo Nastasi (Lussemburgu). Asciak rebah l-ewwel set 6-4 imma tilef it-tnejn ta’ wara 6-4, 6-1. B’hekk ebda midalja ghal Malta fil-men’s singles wara li Omar Sudzuka tilef ukoll il-bierah fl-ahhar 16.

Fil-kategorija femminili, Elaine Genovese ghaddiet ghas-semi-finali meta ghelbet lil Gioia Barbieri (San Marino) bl-iskor ta’ 7-5, 6-3, waqt li Francesca Curmi qed tilghab bhalissa fil-kwarti-finali kontra Maria Siopacha (Cipru).

Aktar tard Matthew Asciak u Omar Sudzuka jilghab fil-kwarti-finali tal-Men’s Doubles kontra l-koppja minn Andorra Cervos Nogue u Recouderc.

Fil-Beach Volley, it-team Malti ta’ l-irgiel kiseb l-ewwel rebha meta gheleb lil Monaco 2-1. Aktar tard illum il-Maltin jergghu jkunu fl-azzjoni kontra Liechtenstein.

Dal-ghodu kien hemm diversi heats tal-ghawm li l-finali taghhom isiru l-lejla. Fil-100 metru butterfly irgiel, Andrew Chetcuti kiseb it-tieni l-ahjar hin u Mikhail Umnov ir-raba’ l-ahjar hin. 

Ghaddew ukoll ghall-finali tal-lejla Mya Azzopardi u Thomas Wareing fil-100 metru backstroke, Leah Tanti fil-100 metru butterfly u Amy Micallef fil-200 metru breaststroke, waqt li Jeremy Bugeja gie eliminat fl-400 metru freestyle u Alexandra McGonigle sfat eliminata fil-200 metru breaststroke.




Leave a comment