GSSE 2017: Ghawm

Tuesday, May 30, 2017, 16:10

Dalghodu saru l-heats tal-ghawm fejn kienu fl-azzjoni sitt ghawwiema Maltin, li minnhom hamsa rnexxielhom jghaddu ghall-finali tal-lejla.

Fil-heats tal-100 metru freestyle nisa, Francesca Falzon Young spiccat ir-raba’ fl-ewwel heat f’hin ta’ 59:55 u s-7 overall, waqt li Leah Tanti spiccat fit-8 post fit-tieni heat f’hin ta’ 1:02:51 u sfat eliminata billi giet is-16 overall (minn 16-il ghawwiema).

Fil-heats tal-100 metru freestyle irgiel, Andrew Chetcuti ddomina l-ewwel heat tant li rebahha facilment u deher anke jirrilassa xi ftit biex kellu hin ta’ 51:47. Huwa spicca t-tielet overall b’zewg ghawwiema mil-Lussemburgu jiddominaw it-tieni heat biex jidhru li se jkunu l-akbar sfidanti ghal Chetcuti ghar-rebh tal-midalji fil-finali li se ssir aktar tard illum (6.20 pm).

Fit-tieni heat ha sehem ukoll Matthew Zammit li spicca l-hames f’hin ta’ 53:02 u ghadda ghall-final bit-tmienja l-ahjar hin.

L-ahhar heats li saru dalghodu kienu dawk tal-200 metru medley tan-nisa. Fl-ewwel heat Amy Micallef spiccat it-tielet f’hin ta’ 2:30:07 biex spiccat it-8 overall, waqt li Mya Azzopardi kellu prova tajba hafna fit-tieni heat u dahlet it-tielet f’2:27:67, li huwa rekord gdid nazzjonali. Hija b’hekk spiccat ir-raba’ overall b’cans li tiggieled ghar-rebh tal-midalja tal-bronz.





Leave a comment