GSSE 2017: Friday update

Monday, June 5, 2017, 14:50

Marie Claire Aquilina ma haditx sehem fit-tigrija tal-Mountain Bike. Jidher li ddecidiet li ma tiehux sehem sabiex tkun f’sikkitha ghada ghat-time trial minhabba li t-team Malti femminili ghandu cans tajjeb li jirbah midalji kemm individwali kif ukoll bhala team fit-time trial li se ssir ghada.

Fit-tigrija maskili tal-Mountain Bike, Patrick Scicluna rtira fl-ewwel lap wara li habat ma’ ciklista iehor u kellu hsarat mekkanici, waqt li Maurice Formosa spicca t-tigrija imma pplejsja lura hafna.

Fit-Table Tennis, Viktoria Lucenkova tilfet it-tieni loghba kontra Ivona Petric (Montenegro) 3-2 (11-7, 3-11, 11-6, 9-11, 11-9) imma ghad tista’ tikkwalifika ghall-quarter-finals jekk tirbah l-ahhar loghba taghha fil-grupp kontra Ulrika Quist (Monaco). Mill-banda l-ohra Jessica Pace sofriet it-tieni telfa kontra Snezana Culafic (Montenegro) 3-0 (11-4, 11-9, 13-11) u b’hekk sfat eliminata minkejja li jonqosha tilghab loghba ohra kontra Letizia Giardi ta’ San Marino. L-ahhar loghbiet ghall-players Maltin ghandhom jibdew fit-3.30 pm.

Fli Skeet, illum saru l-ewwel tliet rounds ta’ kwalifikazzjoni, fejn Clive Farrugia jinsab fit-tielet post meta laqat 67 minn 75, waqt li Bozhidar Dimitrov laqat 62 u jinsab fis-7 post. Ghada jisparaw l-ahhar zewg rounds bl-ewwel sitta jghaddu ghall-fazi finali. Bhalissa qed jillidjaw iz-zewg Ciprijotti Georgios Achilleos u Andreas Chasikos b’70 plattina kull wiehed.

Fid-Double Trap, wara tliet rounds William Chetcuti kien jinsab fl-ewwel post bi 82 plattina minn 90, segwit fit-tieni post minn Gian Luca Chetcuti li laqat 74. Jonqoshom jisparaw zewg rounds ohra qabel l-ahjar sitta jikkontestaw il-finali li ghandha tibda fil-5.30 pm.

Fil-Volleyball tan-Nisa, it-team Malti sofra telfa ohra ta’ 3-0 kontra Cipru (Sets 25-7, 25-19, 25-19). Ghada l-Maltin jilghabu l-ahhar loghba kontra Lussemburgu, imma jkun xi jkun ir-rizultat diga’ gew eliminati.





Leave a comment