GSSE 2017: Basketball Nisa, Wirja mill-aqwa tagħti l-ewwel rebħa lil Malta

Wednesday, May 31, 2017, 10:34

Malta…………………72

Ċipru………………….41 (23-11), (20-13), (13-9), (16-8)

MALTA – 4 – Sarah Pace, 5 – Elena Cassar, 6 – Ashleigh Vella, 7 – Samantha Brincat, 8 – Maria Bonett, 9 – Stephanie De Martino, 10 – Cristina Grima, 11 – Nicola Handreck, 12 – Gabriella Mifsud, 13 – Hannah Al-Tumi, 14 – Josephine Grima, 15 – Christina Curmi Coach: Angela Adamoli

ĊIPRU 4 – Eleri Oikonimidou, 6 – Antria Pitsillidou, 7 – Loukia Larkou, 9 – Stavroulla Koniali, 10 – Kyriaki Nikodemou, 11 – Petra Orpovic, 12 – Zoi Agapiou, 14 – Tijana Raca, 15 – Sofia Theologou, 16 – Eleni Plakouta, 17 – Andriana Kasapi, Elena Antoniou Coach: Kalia Papadopoulou

REFEREES Jelena Tomic (KRO), Michel Giod (LUS), Igor Esteve (AND)

Wirja mill-aqwa min-naħa tat-team nazzjonali tal-basketball tan-nisa tat l-ewwel rebħha lit-team nazzjonali tal-basketball tan-nisa kontra Ċipru, hekk kif il-Maltin ħarġu rebbieħa bl-iskor komdu ta’ 72 b’41.

Il-Maltin rebħu l-erba’ sessjonijiet li huma mingħajr wisq tbatija bl-ewwel sessjini tintemm 23-11, it-tieni waħda 20-13, it-tielet waħda 13-9 u r-raba’ waħda 16-8. M’hemmx dubju li l-aqwa players għall-Maltin kienu Cristina Grima, Josephine Grima, Sarah Pace, Ashleigh Vella u Stephanie De Martino għalkemm il-players kollha utilizzati mill-coach Angela Adamaoli kollha kellhom sehem importanti f’din il-partita. L-aqwa skorers għal Malta kienet Josephine Grima b’14-il punt, Ashleigh Vella bi 11-il pnt u Cristina Grima b’10 punti.

Intant, Stephanie De Martino kisbet disa’ punti waqt li Nicola Handreck u Samantha Brincat kisbu tmien punti kull wieħed. Gabriella Mifsud kisbet ħames punti, waqt li Christina Curmi kisbet tliet punti. Sarah Pace u Elena Cassar kisbu żewġ punti kull wieħed.





Leave a comment