Gruppetta u Carannante se jirrapreżentaw lil Malta fil-Qubica AMF World Cup fl-Indonesja f’Novembru li ġej

Tuesday, July 9, 2019, 10:00

Philip Gruppetta u Tiziana Carannante rebħu l-kwalifikazzjonijiet għat-Tazza tad-Dinja Qubica AMF li saru dawn l-aħħar jiem fl- Eden Super Bowl.

Dawn il-kwalifiki saru fuq “oil pattern” kemmxejn iebes, iżda  Gruppetta tela’ fuq quddiem mill-ewwel ġurnata bl-loghob konsistenti li nkluda wkoll logħba ta 261, li spiċċat l-ogħla logħba tal-kwalifiki kollha. Fil-fatt, kienu biss Mark Muscat, Neil Sullivan u Paul Gray li rnexxielhom iżommu xi ftit viċin ta’ Gruppetta wara l-ewwel  12-il loghba. Muscat rnexxielu jnaqqas ftit id-distakk  iżda  Gruppetta żamm sod u spiċċa rebaħ b’medja b’saħħitha ta’ 207 pin.

Fil-kwalifiki tan-nisa, kien hemm taqtigħa tajba fejn Cynthia Frendo Duca, li tinsab f’forma tajba din is-sena, ħarġet b’saħħa kbira fl-ewwel sitt logħbiet biex spiċċat fuq quddiem.   Carannante, l-Isportiva Maltija tas-sena 2017, naqqset id-distakk fit-tieni ġurnata biex daħlet kważi ras’imbras ma’ Frendo Duca wara 12-il logħba.  Carannate lagħbet tajjeb u konsistenti fl-aħħar 6 logħbiet biex qabżet lil Frendo Duca u b’hekk rebħet b’medja tajba ta’ 202 pin. Melissa Swift spiċċat fit-tielet post.

Carannante and Gruppetta issa jmorru l-Indonesja f’Novembru biex jirrapreżentaw lill-pajjiżna fit-Tazza tad-Dinja.





Leave a comment