Grazzi mill-qalb lil Puttinu Cares:Yann Spiteri

Sunday, October 25, 2015, 21:28

Nixtiequ ngħidu GRAZZI mill-qalb lil Puttinu Cares tal-għajnuna kollha li tawna f’dan il-mument tant diffiċli għall-familja tagħna. Għadna kif morna ħames ġimgħat l-Ingilterra biex it-tifel tagħna ikun jista’ jieħu l-kura u qagħdna fil-flats ta’ Puttinu. Proġett imprezzabbli li dawk li jagħmlu użu minnu jistgħu jifhmu kemm min imexxi din l-organizzazzjoni veru jifhem x’inhuma il-bżonnijiet f’dan il-mument li l-familji jgħaddu minnhom.

~  Il-ħsibijiet fuq il-mard speċjalment fuq it-tfal huma kbar. Il-fatt li ma kellnix noqgħodu naħsbu biex insibu  fejn irridu noqogħdu diġa’ kienet biċċa xogħol li neħħewlna minn fuq moħħna.

~  L-ispejjeż biex tikri huma wkoll kbar. Biex tikri għal ħames ġimgħat mill inqas tiġik 3,500 sterlina mingħajr għadek ma’ missejt mal-ikel etc.

Prosit lil Puttinu u nħeġġu biex in-nies ikomplu jgħinu minn qalbhom lil Puttinu Cares ħalli jkomplu jgħinu iżjed familji.





Leave a comment