Grazzi Johann Said!!

Wednesday, June 13, 2012, 9:47

minn Aymen Pace

Floriana spiċċaw l-istaġun fir-raba’ post u fuq nota ħażina.Iva il-Furjaniżi ser ikollhom jaqtgħu l-linja u jispiċċaw l-era ta’ sentejn ta’ Johann Said. Said kien il-bniedem li fuqu bdew jistrieħu l-Furjaniżi, kemm kien ilu hemm hu bena tim b’saħħtu biex jikkompeti u saħansitra żied U*Bet FA Trophy oħra fl-istorja tal-Greens. Floriana din is-sena spiċċaw l-istaġun fir-raba’ post u kellom jagħtu t-trophy lura lil Hibernians (l-istess tim li ġew eliminati kontrih fit-trophy bir-riżultat ta 1-0 minn penalty dubjuż ta’ Tarabai. Iżda l-Furjaniżi minkejja li spiċċaw fir-raba’ post, xorta kellom riżultati pożittivi ħafna fejn irnexxielhom jiksbu żewġ draws kontra l-arċi-rivali Valletta u Hibernians.

Floriana din is-sena għaddew minn hafna burraxki fostom ir-riżenja ta Michael Woods u Frank Schembri li ħadulhom posthom Joe Brincat u Adrian Mifsud. Iżda jekk ikolli nagħżel plejer li din is-sena kien aħjar minn snin oħra u għen mhux ftit lil Floriana żgur li kien l-Arġentin Pablo Doffo fejn kien strumentali fl-azzjonijiet Furjaniżi u saħansitra fil-freekicks. Dan l-istess plejer qed jikkunsidra l-futur tiegħu minħabba r-riżenja ta’ Said fejn diġà hemm spekulazzjonijiet li kellu offerti mingħand Naxxar. Jikkunsidraw il-futur tagħhom ma’ Doffo hemm Mano Micallef u Ivan Woods, dan tal-aħħar imsemmi wkoll li jista’ jingħaqad ma’ Sliema Wanderers. Prosit Johann u grazzi talli tajt sehemek fil-futbol Malti.





10 Comments

  1. Ian says:

    F’dan is-sit hemm bżonn titgħallmu t-tifsira tal-kelma “era” għax donnkom ma għandkomx idea xi tfisser. Din l-ewwel sentenza minn “era” fil-wikipedia.

    “An era is a commonly used word for long period of time.” http://en.wikipedia.org/wiki/Era

    [Reply]

  2. Aymen Pace says:

    Biex naghmel kollox car…Ktibt dan l-artiklu u semmejtu Grazzi Johann Said ghaliex jiena kwotajt lil partitarji Furjanizi u ninsab cert li l-Furjanizi zgur iridu jghidu grazzi lil dan il-bniedem tal flus li investa u qalb ft-tim Furjaniza.U semmejt li huma rizultati tajbin kontra Hibernians u Valletta ghax nahseb li tigi draw mal-ahjar zewg timijiet tal kampjonat huwa rizultat gust u sodisfaccenti minhabba li l-iskwadra Beltija u Pawlista kienet fuq il-karta hafna ahjar minn ta Floriana din is-sena izda irnexxielom iwaqqfu z-zewg ganti tal istagun.Nista nassigurakom li ktibt dan l-artiklu bhala gurnalist newtrali

    [Reply]

  3. ahmar u abjad says:

    B`liema skwadra ha tilghabu kontra l-belt nhar il-erbgha? u sibtu goeler ghax l-ahhar li saqsejtu lil haber biex joqodilkom guest goeler u ma accettax l-anqas.

    [Reply]

  4. D.C says:

    Grazzi Johann Said u nisperaw li nergghu narawk maghna fi zmien qarib ax sirt wiehed minnha u nawguralhek al futur personali tieghek……Grazzi u Awguri wkoll lill-dawk li jiffurmaw il-kumitat il-gdid.Ahna ma mmutu qatt!! U @ Publius il min trid tbellaha li int Furjaniz ghid hahahahaaaaaahhh!

    [Reply]

  5. ahmar u abjad says:

    TIRI TIRI TANNA U SAWN WASALNA, ALL PLAYERS ARE FOR SALE THEY NEED MONEY.

    [Reply]

  6. sandro zammi says:

    IL MILJUNI SE JGENNUK MASSIMO,HEMM BISS TOHLOM,P S RRINGRAZZJA LIL U.BET LI HADTUWA,MELA LIL JOHAN IS SIGARRU W KPIEPEL TAL COWBOYS

    [Reply]

  7. PUBLIUS says:

    Jien ma nafx imma li niftahru li gejna draw mal-belt u l-hibs bhala rizultati pozittivi nkunu qed nuru fiex waqha il-Green Pride ta!

    [Reply]

  8. Massimo says:

    Ahna nirringrazzjawk ta dak kollu Johann speccjalment li hadna it-Trophy min fuq it-team tal Miljuni .

    [Reply]

  9. Massimo says:

    Grazzi Johann u lil kumitat kollu.

    [Reply]

  10. AHDAR says:

    L-era ta Johan Said spiccat imma ahna l-Furjanizi nibqaw wara t-team ghax ahna lil FURJANA nisaportjaw.. Il-hidma t-tajba li min dihel minflokku!! J’Alla ghal-gid!

    [Reply]

Leave a comment