Grazzi Benny Pace

Saturday, February 27, 2010, 23:16

Il-ftit versi sportivi ta` kull nhar ta` Hadd din il-gimgha nifthuhom b`tislima lil persuna lit a` kontribut lill-isport f`pajjizna b`mod partikolari lil gurnalizmu sportive Benny Pace. Benny halla din id-dinja nhar il-Hamis li ghadda u wiehed jhares lura u japprezza ix-xoghol tieghu sew fl-isport in generali kif ukoll fl-isport Belti, il-kapitali maltija li huwa tant kien ihobb. Matul hajtu Benny ta` diversi kontributi fosthom fl-Ghaqda Gurnalisti Sportivi fejn kien il-fundatur ta` din l-ghaqda kif ukoll ghal snin twal segreatrju sew ta` Valletta Football Club kif ukoll Valletta Waterpolo Klabb. It-ton kalm tieghu ta` meta kien jitkellem, il-precizzjoni tal-fatti ta` meta kien jirrakonta kif ukoll l-imhabba tieghu lejn il-genwinita fl-isport ser thalli lil Benny imfakkar matul iz-zmien. J`Alla ma jdumx ma jkun iz-zmien li anke il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta jiddedika triq lil persuna li ix-xoghol taghha kien wiehed kbir. F`ismi u f`isem il-familja sportiva il-kondoljanzi lil familja Pace.

Malta ftit li xejn nissemmew fuq il-mappa ta` l-isport internazzjonali. Fil-passat kieneu iktar unici milli rari l-isportivi li spikkaw barra. Bla dubju l-aktar bniedem li qed ihalli isem bhallissa huwa Daniel Bogdanovic. Daniel qed ikollhu stagun pozittiv hafna ma` Barnsley tant li l-klabb mic-championship qed joffrilu kuntratt gdid. Bogdanovic huwa player ta` talent , player veloci, player ta` dribbling facli u player li jaf issib ix-xibka u ghalhekk dan il-kampjonat jidher li jiffitja sewwa ghal karateristici tieghu. J`Alla kemm jista jkun malajr Bogdanovich jiffirma kuntratt iehor biex Malta tibqa rapprezentata fil-mappa tal-futbol fi Renju Unit.

Fl-Olimpjadi ta` Vancouver li issa qed joqorbu lejn it-tmiem taghhom nhar il-gimgha spikkaw il-kummenti tal-President Russu Dmitri Medvedev li qal li huwa mhux ser jiehu sehem fi cerimonja ta` gheluq ghax ir-Russja f`dawn il-loghob ftit li xejn marret tajjeb. Wiehd jirrifletti fuq dawn il-kummenti u jinnota il-kultura sportiva certi pajjizi ghandhom u li hija nieqsa minnha . Anke l-Primministru taljan Silvio Berlusconi tkellem mal-President tal-Coni Petrucci dwar id-dizaztru taljan fil-Loghob Olimpiku tax –Xitwa. Jien qatt ma inrid inqabel lir-Russja u lil L-Italja ma` Malta, pero jidher bi car li ghal hafna politici maltin l-isport ma jfisser xejn. F`Malta il-kultura sportiva hija nieqsa u kif jghidu il-huta minn rasha tinten, u ninnotaw li l-Kultura sportive hija nieqsa minn fuq nett. Il-vizzjoni li ghanda il-politika Maltija lejn l-isport hija wahda imcajjpra ghal ahhar u ghalhekk fil-futur nispera qarib pero jekk le il-boghod, il-politci irridu jifmhu li l-isport mhies xi haga ta` poter, li l-isport mhiex xi haga ta` voti li l-isport hija xi haga li tghaqqad id-dinja that il-kappa Olimpika. Olimpika li ma tfissirx biss l-isport li jaghmlu parti mill-olimpjadi izda Olimpika tfisser ukoll dak kollhu li jaghmel l-isport. Minn sempli girja li issir f`lokalita organizzata mill-Kunsilli lokali ghal final ital-100 metru fl-Olimpjadi. Pajjizna ghandu bzonn jinvesti fl-isport bi serjeta, u mhux jinvesti biss rfil-kosmetia jigifieri f`dak li jidher ileqq pero tahtu jkun hemmm hafna kruha jew ftit sugu. Fil-gimghat li gejien hadda wara hadd nida niddedika paragrafi lejn is-sitwazzjoni ta` l-isport f`pajjizna u nittamaw li minn dan il-paragraffi ikollhi twegibiet minn min huwa inkarigat li jaghmel il-policy ta` l-isport f`dan il-pajjiz.

U nikonkludu bil-Formula Wiehed fejn minn hawn u ftit granet ohra jibda il-kampjonat Mondjali. Kmapjonati mondjali li ser ikun wiehed partikolari ghal diversi aspetti. Ser ikun il-Kampjonat li ser jara ir-ritorn tal-kbir Michael Shumacher, mhux ma` Ferrari pero kif kien qalu u kitbu hafna izda ma` Mercedes. Wiehed ta` min jammira lil dan is-sewwieq li kien tem mil-karriera bhala eroj u l-aqwa ta` kull zmien u issa ser jerga jitfa ruhu ghad-diskussjoni. Kuragg li din il-gimgha pero rajtu jonqos u jidhol xi ftit il-paniku, hekk kif Shumacher beda jattaka lil karozza Mercedes tieghu li ghada ma waslitx fejn kellha tasal sa issa. Naraw jekk Shumacher wara din is-sena ser jergax johrog bhala l-aqwa u l-ahjar jew inkellha ser ikollha jibqa imfakkar biss ghal dak li ghamel qabel. Huma diversi l-atleti fi sport differenti li qed jergghu jidu lura wara li jkunu irtiraw. Fi tennis rajna ir-ritorni tal-Belgjana Kim Cliysters u Justine Henin, fi ciklizmu rega lura Lance Armstrrong u ohrajn li fi ftit zmien regghu gew fl-oghla livell. X`ifisser dan, li l-flus jaghtu toghma tajba lil kullhadd, li id-dinja saret iktar nostalgika jew inkellha mhux qed ikun hemm zaghzagh bizejjed li joghlu il-livell. Iz-zmien jaghtina risposta. Nistennew u naraw.





Leave a comment