- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Grawnd ġdid għall-Komunita` tal-Isla

Posted By Sportinmalta On October 23, 2013 @ 10:00 am In Featured,Football | No Comments

ll-komunità tal-Isla u tal-ibliet tal-madwar se jkollhom grawnd gdid li huwa parti minn hames miljun ewro li l-Gvern qed jinvesti f’facilitajiet sportivi tal-futbol. Dan il-grawnd se jkun jista’ jitgawda mir-residenti tal-Isla u tan-naha t’isfel ta’ Malta. Habbar dan is-Segretarju Parlamentari ghar-Ricerka, l-Innovazzjoni, iz-Zghazagh u l-Isport, Stefan Buontempo, waqt li llum zar ix-xoghol li qed isir f’dan il-grawnd flimkien mad-dirigenti tal-Malta Football Association.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo qal li l-hames miljun ewro jinkludi l-valur tal-art kif ukoll ix-xoghlijiet infrastrutturali, u se jinkludu grawnds f’Birzebbuga, Had-Dingli u Kercem u kif ukoll il-grawnd tal-Isla f’Kordin. Il-grawnd f’Kordin se jaghti opportunità lir-residenti tal-Isla biex ikunu jistghu jipprattikaw l-isport favorit taghhom. Dan il-grawnd, li se jsir skont standards gholjin flimkien mal-Malta Football Association, mistenni jservi wkoll bhala l-grawnd regjonali skont il-programm tal-MFA. Dan se jwassal biex ir-residenti tan-naha t’isfel ta’ Malta jkollhom facilità tal-futbol ta’ livell internazzjonali.

Il-President tal-Malta Football Association is-Sur Norman Darmanin Demajo qal li l-MFA ser issegwi x-xoghlijiet li qed isiru biex jigu assigurati l-aqwa standards ghal dawn il-facilitajiet.
Dr Buontempo qal li l-Gvern ser ikompli jahdem fuq programm li fasslet l-MFA biex flimkien issir il-manutenzjoni ta’ ’l fuq minn 100 grawnd li hawn f’pajjizna.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/grawnd-gdid-ghall-komunita-tal-isla/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.