Graham Borg, Hannah Pace jżommu t-Titoli tal-Kampjonat tat-Triathlon Sprint

Monday, September 24, 2018, 10:53

Graham Borg u Hannah Pace żammew it-titli ta’ ċampjin tal-iSprint Triathlon meta fis-Salina, it-tnejn taw prestazzjonijiet notevoli.

Il-Kampjonati Nazzjonali tal-iSprint Triathlon, li kienet ukoll l-aħħar tellieqa tas-serje organizzata mill-Birkirkara St. Joseph Sports Club saru f’kundizzjonijiet kważi perfetti. B’kemm Borg u Pace li kienu qegħdin jirritornaw għal tlielaq ta’ distanzi qosra wara li kkompettew fi tlielaq ta’ distanzi itwal, din kienet se tkun kompetizzjoni interessanti, biss biss biex wieħed jara jekk it-transizzjoni tagħhom minn distanza twila għal distanza qasira ma kinitx ser tkun mingħajr xkiel

L-għawma ta’ 750 metru f’baħar kalm rat lil Bernard Sant joħroġ l-ewwel mill-ilma segwit minn Shaun Galea u Graham Borg. Minkejja bidu promettenti, problemi tekniċi rriżultaw bl-irtirar ta’ Sant mit-tellieqa u kamp miftuħ għal battalja bejn Galea u Borg. Galea, li rebaħ it-tellieqa preċedenti, kien ser jagħmel minn kollox biex jipprova jiżgura t-titlu, madankollu Borg, minkejja li rritorna lura biss mit-tellieqa Ironman 70.3 ftit ġimgħat ilu,  kien iddeterminat li ma jċedix faċilment.  Borg kabbar id-distakk bejnu u bejn Galea fit-taqsima tar-rota, biex hekk Borg kellhu bidu komdu fit-taqsima tal-ġiri. B’wirja ta’ determinazzjoni Galea beda joqrob lejn Borg iżda Borg kompla jagħfas ‘il quddiem sabiex iżomm it-titlu ta’ ċampjin għal sena oħra,  b’vantaġġ ta’ tnejn u tletin sekonda fuq Galea. Fit-tielet post kien Kevin Muscat, li wera titjib konsiderevoli fit-tlielaq ta’ din is-sena. L-atleta Jesrit Camilleri rreġistra l-aħjar ħin fit-taqsima tal-ġiri tal-ġurnata

It-taqsima tan-nisa rat lil Hannah Pace l-ewwel mara u r-raba’ atleta li ħarġet barra mill-ilma u tmexxi il-pass fit-taqsima tar-rota. Margaret Seguna, rebbieħa taż-żewġ itlielaq ta’ qabel ħarġet mill-ilma sebgħa u għoxrin sekonda wara Pace biex isegwiha fuq ir-rota.  Minkejja it-tentattivi ta’ Seguna biex iżomm id-distakk qasir bejnha u bejn Pace fl-aħħar dawra tal-korsa Pace żiedet il-veloċità biex takkwista vantaġġ ta’ 3 minuti ta’ 21 sekonda. Pace  żamm it-titlu tagħha għal sena konsekuttiva oħra meta spiċċat kważi tliet minuti qabel Seguna. Seguna, madankollu rreġistrat l-aħjar ħin fit-taqsima tal-ġiri fit-taqsima tan-nisa Fit-tielet post, kważi sitt minuti wara Seguna kienet Lara Buttigieg. Ta’ min jinnota, li bħal Borg, Pace għamlet ritorn fuq din id-distanza wara li ħadet sehem fl-ewwel tellieqa Ironman f’Kopenħagen ftit ġimgħat ilu. Pace waqfet r-rekord nazzjonali lokali ġdid u rebħet it-tielet post fil-Grupp ta’ età tagħha.

It-tellieqa kienet ukoll ir-raba’ u l-aħħar tellieqa tas-serje ta’ Birkirkara St. Joseph Sprint Triathlon u kienu Michael Bongailas u Anjelika Ruggier li ħarġu bħala r-rebbieħa ġenerali, meta huma li kisbu l-aktar punti bbażati fuq il-parteċipazzjoni tagħhom fit-tlielaq kollha tas-serje.

Il-Premjijiet għar-rebbieħa Birkirkara St. Joseph Triathlon Series kienu ppreżentati mill-Uffiċjali tal-Klabb Maria Vella-Galea u Barry Whitmore, filwaqt li r-rebbieħa tal-Kampjonat Nazzjonali Sprint Triathon ġew ippreżentati trofej mill-President tal-Federazzjoni Triathlon ta’ Malta Cyprian Dalli.


Kampjonati Nazzjonali Sprint Triathlon

L-Ewwel Graham Borg Hannah Pace
It-Tieni Shaun Galea Margaret Seguna
It-Tielet Kevin Muscat Lara Buttigieg

 

Rebbieha – Birkirkara St. Joseph Sprint Triathlon Series

L-Ewwel Michael Bongailas Anjelika Ruggier
It-Tieni Kevin Muscat Juliya Azzopardi Mazur
It-Tielet Jesrit Camilleri n/a




Leave a comment