Gozo Motocross Championship 15/16

Wednesday, May 25, 2016, 18:34

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Gozo Motocross Association organizzat il-Finali tal-kampjonat 2015/16. Dan l-aħħar avveniment għal dan l-istaġun fit-Trekk ta’ Xħajma beda fis-1:00 ta’ wara nofsinhar.

L-eċitament kien kbir hekk kif folla mdaqqsa nġabret biex tara t-tmiem ta’ kampjonat li ilu għaddej dan l-aħħar disa xhur. Illum ergajna lqajna fostna sewwieqa Maltin, l-aħwa Clayton u Kyle Camilleri flimkien ma’ Peter Sammut biex jikkompetu ma’ sewwieqa Għawdxin. Kulħadd kien fuq ix-xwiek hekk kif Mario Cauchi beda l-ġurnata b’16 il punt vantaġġ fuq Etienne Bigeni. Meta kullħadd kien qed jistenna li Cauchi jirbaħ il-Kampjonat ta’ din is-sena  ġara dak li qatt mistenni. Il-mutur ta’ Cauchi ġarrab ħsarat f’żewġ mit- tliet ‘heats’ tal-ġurnata. Din l-isfortuna kienet miraklu għal Bigeni li bl-abbilita’ indimetikabbli tiegħu, ħareġ rebbieħ fuq is-sewwieqa kollha ta’ Klassi A. Għaldaqstant, b’sitt punti biss aktar mir-rivali tiegħu Cauchi, Bigeni sar l-‘overall’ Champion 2015/16 għat-tieni sena konsekuttiva. Huwa kien ħa dan l-unur għall-ewwel darba fl-istaġun 2014/15.

Fi klassi B, Matthew Zammit,  daħal it-tieni post fil-‘heats’ tal-ġurnata. Għaldaqstant, b’total ta 345 punti huwa ġie klassifikat bħala overall winner 2015/16 fil-kategorija tiegħu.

Jorn Stellini , li ħadem u stinka f’kull avveniment biex iżomm postu fuq quddiem nett ta’ klassi Ċ, irnexxielu jakkwista punti kważi massimi f’din il-kategorija. B’total ta 474 punt, Stellini huwa rebbieħ overall 2015/16 fi’ Klassi Ċ.

Iċ-ċerimonja tal-għoti tat-trofej saret hekk kif spiċċaw it-tlielaq. Kien hemm diversi premijiet li ngħataw fosthom il-Frank Bruno Motocross Award li jingħata kull sena lil dak is-sewwieq li jkun wera dixxiplina, perseveranza u ubbidejnza matul l-istaġun.   Ir-rebbieħ ta’ dan il-premju huwa Raymond Caruana. Intant ingħata wkoll premju ta’ tifkira lil kull sewwieq membru fl-ġħaqda li ta sehemu fil-kompetizzjonijiet organizzati mill-GMA. Is-Sur Joe Bajada, segretarju tal-Gozo Sports Board ippreżenta t-trofej lir-rebbieħa tal-ġurnata filwaqt li Dr Christian Zammit, rappreżentant mill-Ministeru għal Għawdex, fl-assenza tal-Onorevoli Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo, ippreżenta trofej eċċezzjonali lit-tliet rebbieħa overall ta’ kull Kategorija.

Minkejja li issa l-istaġun tal-Motocross wasal fit-tmiem, il-GMA ghad baqala żewġ avvenimenti oħra dan is-sajf qabel terġa tibda l-attiviatijiet ġodda f’Settembru li ġej.

Fil-5 ta’ Ġunju 2016 ser tkun parteċipi f’ show’ tal-muturi u karozzi li ser tiġi organizzata mill- Kunsill Lokali tas-Sannat.

Ukoll, il-GMA bi pjaċir tħabbar it-tieni edizzjoni tal- XTreme Trials and EnduroCross li ser tkun parti minn festa ta’ attivitajiet li ser jorganizzaw il-Kunsill Lokali ta’ Kerċem fit-30 ta’ Lulju 2016. Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni ta’ din l-attivita’, il-Kunsill flimkien mal-GMA iħabbru li l-attivita’ ser tkun differenti minħabba li ser issir filghaxija, taħt dawl artifiċjali.

Aktar tagħrif dwar dawn iż-żewġ avvenimenti jingħata aktar il quddiem.

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ facebook – Gozo Motocross Association

————————————————————————————————————————————————————-

English

GOZO MOTOCROSS CHAMPIONSHIP 15/16

The Gozo Motocross Championship  has come to an end as riders hit the track with enthuastic and challenging attitudes for the last time this season. As a large crowd gathered at Ta Xhajma Track, everyone was on edge as soos as the races began.

We welcomed our Maltese fellow riders, brothers Clayton and Kyle Camilleri together with Peter Sammut. In Class A Camilleri brothers motocrossed alongside Mario Cauchi, Etienne Bigeni and Robert Spiteri in unprecedented races that left everyone watching in awe at their high level of performance on the track. With 16 points ahead of Bigeni, Cauchi needed to stay on top of his game to hold on to the approaching champion crown. Unfortunately his Honda CRF 250 broke down in two of the three heats opening the way for Bigeni to fly past all his opponents winning the championship by 6 points. Therefore Etienne Bigeni is crowned overall Champion  2015/16 for the second time. He first became the Gozo Motocross Champion in 2014/15.

In Class B, Matthew Zammit, who came in second in the Finals heats, became the overall winner in this category with a total of 345 points.

In Class C, Jorn Stellini, worked his way to the top on his Kawasaki  KMX 250. He achieved a record breaking amount of points, 474 in total.

Following the races an awarding ceremony took place at the same track. Mr Frank Xuereb, president of the GMA presented the annual Frank Bruno Motocross Award to a rider who shows commitment, diligence and discipline during the Motocross season. The winner of this award is Raymond Caruana.  Meanwhile all member riders were awarded a participation gift each. Mr Joe Bajada presented the day’s trophies to the winners of the Finals Competition while Dr Christian Zammit, a representative from the Ministry of Gozo in the absence of the Hon. Minister for Gozo, Dr Anton Refalo, presented outstanding trophies to the Champions 2015/16.

In the wake of the closing of the season, GMA has two more events coming up soon. GMA will participate in a motor show that will be organised by the Sannta Local Council on the 5th of June 2016.

The other event is the second edition of the XTreme Trials and Enduro Cross which will be held at Kercem, on the 30th of July 2016. This event promises to provide the best entertainment in Enduro and Cross tracking as riders compete against each other in an array of obstacles that will be placed in an enclosed area. This event will be particulary interesting because it will take place in the evening, under artificial lighting. More information will be given later.

More information is to be found on fb page – Gozo Motocross Association

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-





Leave a comment