Gozo Motocross Association torganizza Fun Race

Friday, March 18, 2016, 21:50

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Nhar il-Ħadd, 13 ta’ Marzu 2016,  il-Gozo Motocross Association organizzat Fun Race li kienet sponsorjata minn Ravenol Oil. Is-sur Frank Jude Cutajar minn Galea General Services qassam vouchers lis-sewwieqa li spiċċaw fl-ewwel, it-tieni u t-tielet post fi tliet klassijiet rispettivament.

Illum, il-kundizzjonijiet tat-trekk kienu ideali wara dawn il ftit jiem ta’ xita.

Fi Klassi A rajna lil Joseph Bigeni jakkwista punti massimi tal-ġurnata. Huwa kien segwit minn Samuel Spiteri li minn Klassi B ġie promoss għal klassi A. Fit-tielet post daħal Etienne Bigeni li llum saq bil-mutur tiegħu Honda CR 85cc. Infatti it-tliet sewwieqa wrew ħila kbira fi tliet ‘heats’ u taw wirja eċċellenti flimkien ma’ Robert Spiteri u Steve Xuereb fejn dan tal-aħħar kien ilu ma jipparteċipa f’dawn il-kompetizzjonijiet għal dawn l-aħħar xhur.

Fi klassi B rajna lil Jorn Stellini, li s-soltu narawh fi Klassi Ċ,  jerġa’ jittanta xortih ma’ sewwieqa ta’ klassi akbar minn tiegħu. Hemmhekk issielet kontra Matthew Zammit u Anthony Fenech. Huwa rnexxielu jakkwista t-tieni post wara Matthew Zammit. Anthony Fenech, bil-mutur tiegħu Yamaha YZ 125 temm il-‘heats’ tal-ġurnata fit-tielet post.

Fi klassi Ċ rajna għall-ewwel darba lil Joseph Abela. Yosef Camilleri reġa ta wirja tajba u spiċċa fl-ewwel post. Warajh segwa Nathaniel Camilleri. Joseph Luke Gauci iffaċċja kompetizzjoni mit-tnejn ta qablu iżda kien determinat u daħal fit-tielet post bil-Kawasaki KXF 250cc tiegħu.

Il-Gozo Motocross Association tixtieq tavża li l-Ħames Rawnd mill-Kampjonat Gozo Motocross Championship ser issir Nhar il-Ħadd, 3 t’April 2016. Eżatt wara, fit-17 t’April, issir il-Kwart tal-Finali tal-istess Kampjonat.

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ facebook – Gozo Motocross Association.

———————————————————————————————————————————————————-

English

On Sunday, 13th March 2016, Gozo Motocross Association organised a FUN RACE, sponsored by Ravenol Oils. Mr Frank Jude Cutajar of Galea General services awarded vouchers to the winners who came in first, second and third place in Class A, B and C respectively.

Today’s track presented perfect racing conditions following the last few days of rain.

In Class A the competition was won by Joseph Bigeni on his Kawasaki KX 250 followed by Samuel Spiteri who was promoted from Class B to Class A for the day. Etienne Bigeni, who participated with his Honda CR 85cc came in third. In fact all three riders put on an excellent show, challenging and overtaking each other in each of the three heats. Steve Xuereb made a comeback after being absent from racing for several months.

In Class B Matthew Zammit held on tightly to his points, infact he came in first with a total of 57 points. Jorn Stellini was also promoted to Class B from Class C for the day. He ended up in second place while Anthony Fenech, who has also been absent for quite some time, came in third.

In Class C, Yosef Camilleri, Nathaniel Camilleri and Joseph Luke Gauci came in 1st, 2nd and 3rd respectively. The newcomer, Joseph Abela, who participated in Class C did well on his first ever attempt at Motocross racing.

Gozo Motocross Association announces that the 5th Round of the Motocross Championship 2015/16 will continue to take place at Ta’ Xhajma Track on the 3rd of April 2016  closely followed by the quarter finals of the same Championship on 17th April 2016

More information is to be found on fb page – Gozo Motocross Association

———————————————————————————————————————————————————-

Gallery

———————————————————————————————————————————————————-

Mutur # 129 – Joseph Luke Gauci

———————————————————————————————————————————————————-

Mutur # 27 – Yosef Camilleri





Leave a comment