Gowl għall-Istrina: F’erba’ snin jinġabru 60,000 Ewro

Tuesday, December 17, 2013, 6:38

minn Catherine Micallef.

Għall-ħames sena konsekuttiva ġiet imnehdija l-kampanja Gowl għall-Istrina fejn ta’ kull sena l-familja sportiva hija mħeġġa tikkontribwixxi sabiex dakinhar tal-Istrina tingħata somma sabiħa lil-Community Chest Fund. Dan stqarru l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Football Association – Bjorn Vassallo waqt konferenza stampa t-Tnejn 16 ta’ Diċembru, 2013, liema konferenza stampa ġiet indirazzata wkoll minn Christian Micallef, Clinton Buhagiar, Antvin Monsigneur u Matthew Paris, li jiffurmaw parti mit-tim ta’ produzzjoni għaż-żewġ programmi sportivi Replay u L-Argument rispettivament.

L-innovazzjoni għal din is-sena se jkun it-triangular tournament li se jsir ġewwa l-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin nhar it-Tnejn 23 ta’ Diċmbru fejn se jilagħbu t-tim Replay assistiti minn Edward Herrera, it-tim L-Argument assistit mill-goalkeeper Omar Borg u t-tim tal-ħabsin assistiti minn Mano Micallef. B’dan it-tournament li se jġib l-isem Mill-Ħabs għall-Istrina, anki l-ħabsin se jkollhom l-opportunita jagħtu l-kontribut tagħhom. Din l-attivita hija magħluqa għall-pubbliku.

Iż-żewġ preżentaturi tennew li matul iż-żewġ programmi rispettivi tagħhom il-Ħadd 22 ta’ Diċembru, se jkun qed isir Irkant interessanti għal dawk li

Christian Micallef, il-moħħ wara Gowl għall-Istrina

Christian Micallef, il-moħħ wara Gowl għall-Istrina

għandhom għal qalbom gearijiet uffiċjali tal-football fosthom il-gearijiet ta’ Balotelli, Defoe, Andre Schembri, Marchetti, il-ħames footballers internazzjonali Maltin li lagħbu’l fuq minn 100 partita, il-kappa tal-plejer tal-waterpolo Stevie Camilleri u anki ballun iffirmat minn Michel Platini. L-offerti għal dan l-irkant se jibdew b’ħamsin ewro.

Dak inhar tal-Istrina, l-Għada tal-Milied imbagħad isir tournament fis-Centenary Stadium b’selezzjoni ta’ plejers mill-Premier, l-Ewwel, It-Tieni u t-Tielet Diviżjoni. Il-logħob jibda għall-ħabta tas-2pm u l-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jattendi – id-dħul huwa b’xejn imma huwa xieraq li wieħed iħalli donazzjoni żgħira.





Leave a comment