Gordon Barbara b’impenji internazzjonali

Thursday, August 1, 2013, 21:12

Ir referee Internazzjonali tal Basketball Malti Gordon Barbara f’dawn il ġimgħatejn ser ikun impenjat bħala referee newtrali f’kampjonat Ewropew tal FIBA Divizjoni A femminili U/16 li ser jintlagħbu ġewwa l-Bulgarija fil-bliet ta’ Varna u dik ta’ Albena bejn il-Ħamis 1 sa’ t-Tlieta 12 ta Awissu. Għal dan il-kampjonat ser jipparteċipaw 16-il team li ser ikunu maqsuma f’erba’ gruppi. Fi Gruppa A nsibu lil Spanja, Kroazia, Greċja u Bulgarija. Grupp B se jkun magħmlul mir-Russja, Turkija, Svezja u Latvia. Fi Grupp C hemm Belġju, Italja, Olanda u Litwanja fil-waqt li Franza,  Republika Ceka,  Ungerija u Slovakkja jiffurmaw Grupp D. Dan mistenni jkun kampjonat missielet fejn Spanja ic-champions renjanti iridu jippruvaw izommu t-titlu peress li ser isibu avversarji diffiċli. Iċ-Ċekoslovakki friski mis-suċċess li kellhom f’Utrecht fejn rebhu il-logħob kollu tal-gruppi kif ukoll għelbu lil Franza fil-finali 67-61 jidhru li huma f’vena mill- aqwa li jisfidaw. Intant it-tim Franciz jista’ jkun wiehed mil-protagonisti peress li bi preparazzjoni għal dan il-kampjonat rebħu Mini Tournament li intlagħab fil-Lussemburgu. Il-Belġju u Slovakkja kienu iż-żewġ timijiet l-oħra li ipparteċipaw f’dan it-tournament u jinsabu fil-fażi finali ta’ dan il-kampjonat. Barbara diġa kkontrolla l-ewwel partita f’din il-kompetizzjoni bejn Spanja u l-Kroazja.

Intant fil-ġimgħat li għaddew Barbara kien f’Andorra mat-tim Nazzjonali Malti tat-tfajliet ghall-kampjonat Ewropew tal FIBA U 18 Maskili u Feminili. F’dan il-kampjonat Barbara ikkontrolla waħda mil- kwarti tal-Final tal-irġiel bejn Andorra u Wales fejn Andorra ħarġu rebbieħa izda gew eliminati fis-semi-finali. F’dan il-kampjonat it-tim Malti rebaħ il-midalja tal-fidda wara li fil-finali tilef kontra Andorra.





Leave a comment