Good performance by Keith “The Speed” Azzopardi in K1

Saturday, August 6, 2016, 15:49

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Keith Azzopardi (Team Noel) came home with a draw after a K1 match in Sicily. He faced the Italian Cipriani in the Evolution Fight competition on a semi-professional level.

Both athletes were at the same level where they continued attacking each other until the last second. From the first round Azzopardi opened with punching techniques from and closed repeatedly with jumping kicks.

The second half had the same energy and more focus on executing the technique. Ciprinai began working with punches the stop the kicks from the Maltese. Azzopardi when finding the right distance retaliated with knee strikes and spinning back fists.

The last round was characterized by spinning kicks to the head from both Azzopardi and Ciprinai to gain the maximum points. With each time one of them hesitated a little immediately got attacked by a barage of punches.

During the three rounds Azzopardi accidentally hit Cipriani with elbow during the spinning fist. Because of this he was given two warnings. In the end of the jury’s verdict gave a draw for both athletes.

For Azzopardi this match was a preparation for the Gladiators Night XIV competition which will be held this Friday 5th. Azzopardi will compete for Title World Kickboxing Network’s (WKN) K1 World Title on a semi-professional level

————————————————————————————————————————————————————-

Malti

Prestazzjoni tajba minn “The Speed” Azzopardi fil-K1

Keith Azzopardi (Team Noel) irnexxielu jġib pareġġ f’taqbida tal-K1 fi Sqallija. Affaċċja lit-Taljan Cipriani fil-kompetizzjoni Evolution Fight fil-livell semi-professjonali

Iż-żewġ atleti kienu tal-istess livell fejn baqgħu jattakkaw lil xulxin sal-aħħar sekonda. Mill-ewwel taqsima Azzopardi daħal b’tekniki li jibdew bil-ponn u li jispiċċaw kemm-il darba b’daqqiet ta’ riġel bil-qabża.

It-tieni taqsima kienet bl-istess enerġija u b’aktar iffokar fl-eżekuzzjoni tat-teknika. Ciprinai beda jaħdem bil-ponn biex iwaqqaf id-daqqiet bir-riġlejn tal-Malti. Azzopardi meta sab id-distanza t-tajba rritalja daqqiet bl-irkoppa lejn l-istonku u uża wkoll daqqiet ta’ ponn imdawra.

L-aħħar taqsima kienet karatterizzata minn daqqiet ta’ riġel lejn il-wiċċ kemm minn Azzopardi u Ciprinai biex jiksbu l-massimu tal-punti. Ma’ kull darba li wieħed minnhom eżita xi ftit mill-ewwel jiġi attakkat b’taħlita ta’ ponnijiet.

Matul it-tliet taqsimiet Azzopardi laqat aċċidentalment lil Cipriani bil-minkeb waqt id-daqqa ta’ ponn imdawra. Minħabba dan ingħata żewġ twissijiet. Fl-aħħar il-ġurija tat verdett ta’ pareġġ għat-tnejn li huma.

Għal Azzopardi din it-taqbida kienet ta’ tħejjija għall-kompetizzjoni Gladiators Night XIV li se ssir nhar il-Ġimgħa. Azzopardi se jitqabad għaċ-Ċinturin tat-Titlu Dinji tal-World Kickboxing Network (WKN) f’taqbida K1 fil-livell semi-professjonali.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Keith 'The Speed' Azzopardi





Leave a comment