Golfers minn Malta, l-Afrika t’Isfel u New Zealand huma r-rebbieħa tal-Emirates Cup

Tuesday, June 18, 2013, 17:21

Tim ta’ erba’ golfers mill-Afrika t’Isfel, New Zealand u Malta rebħu l-Emirates Cup li saret fir-Royal Malta Golf Club (RMGC), bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-125 sena anniversarju. Paul Stoner mir-Royal Malta Golf Club (Malta), Marilyn u Michael Brain, mir-Royal Cape Golf Club (l-Afrika t’Isfel), u Andrew Meehan mir-Royal Wellington Golf Club (New Zealand) ħarġu rebbieħa b’total ta’ 93 stableford points.

Iktar minn 200 golfer ipparteċipaw fit-tournament tal-Emirates Cup, li kienet l-ikbar kompetizzjoni tal-golf li qatt saret f’ġurnata waħda f’Malta. Tnejn u ħamsin tim ta’ erba’ golfers il-wieħed ikkompetew f’logħba mfassla fuq Fourball Alliance Stableford.

Il-Maniġer tal-Emirates għal Malta Paul Fleri Soler ippreżenta lit-tim rebbieħ b’trofew talEmirates magħmul mill-kristall li nġib minn Dubaj għal din l-okkażjoni. Dan it-trofew ser ikun għal wiri b’mod permanenti fir-RMGC. Wara l-preżentazzjoni, Fleri Soler qal: “Emirates ilha tgħaqqad lil golfers u l-entużjasti ta’ dan l-isport permezz ta’ għadd ta’ sponsorships ta’ tournaments internazzjonali ewlenin. Permezz tal-isponsorship tat-tournament tal-Emirates Cup bħala parti miċ-ċeleberazzjoni tal- 125 anniversarju tar- Royal Malta Golf Club, aħna qed ngħaqqdu lil golfers minn Malta ma’ oħrajn provenjenti minn Royal Golf Clubs oħra mifruxin madwar id-dinja. Mir-rispons u lentużjażmu muri llum jidher li dan l-għan intlaħaq.” Il-Kaptan tar-RMGC Dr David Debono qal: “It-tournament tal-Emirates Cup kien suċċess kbir, b’numru sabiħ ta’ golfers li qed jirrappreżentaw Royal Golf Clubs oħra minn pajjiżi differenti. Permezz tal-isħubija mal-Emirates għal dan l-anniversarju speċjali, aħna stajna nospitaw wieħed mill-iktar tournaments prestiġjużi li qatt kellna fil-Golf Klabb tagħna.”

L-Iskozja, l-Ingilterra, l-Irlanda, Guernsey, Jersey, Wales, New Zealand, l-Indja, l-Afrika t’Isfel, l-Awstralja, u l-Kanada kienu fost il-pajjiżi provenjenti minn fejn ivvjaġġaw il-golfers għal dan it-tournament. Emirates topera titjira kuljum minn Malta għal Dubaj b’waqfa qasira f’Larnaka, Ċipru,permezz tal-ajruplan Boeing 777-200ER. Il-linja tal-ajru topera servizzi lejn 134 destinazzjoni f’77 pajjiż fl-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel, il-Lvant Nofsani, l-Afrika, issubkontinent Indjan u Asja-Paċifiku. Emirates hi waħda mill-isponsors ewlenin tal-aqwa tournaments tal-golf madwar id-dinja,u hi l-Linja tal-Ajru Uffiċjali ta’ 12-il attività internazzjonali. Minn dawn l-isponsorhips, tmienja jiffurmaw parti mill-European Tour International Schedule, u jinkludu l-BMW International Open (il-Ġermanja), the Race to Dubai – id-DP World Tour Championship (UAE), Alstom Open de France (Franza), Avantha Masters (l-Indja), Maybank Malaysian Open (il-Malasja), Lyoness Open (l-Awstrija), l-Irish Open (l-Irlanda) u l-Ballantine’s Championship (fil-Korea t’Isfel). Barra minn hekk, l-Emirates tkompli tagħti l-appoġġ tagħha lit-tournament Hong Kong Open (Hong Kong), li ser jerġa’ jibda fl-iskeda tal-European Tour tal-2014.

Minbarra l-European Tour International Schedule, Emirates tisponsorja l-Boeing Classic (flAmerika), it-Thailand Open (Tajlandja) u l-Emirates Australian Open (Awstralja).





Leave a comment