Goal uniku jifred liz-zewg timijiet

Monday, June 24, 2013, 10:35

Kampjonat tal-waterpolo l-ewwel divizzjoni

Sliema Frank Salt batew iktar milli mistenni biex ghelbu lil Sirens Ritter Sport, bl-iskor ta` 10-9. Il- goals ta` Sliema wasslu minn 3 goals ta` Kriss Gergerly, 2 goals ta` Samir Barac u goal kull wiehed ghall-Nikolai Lubrano,Timothy Sullivan,Mark Meli, John Soler u John Brownrigg.
Il-goals ta` Sirens wasslu minn 3 ta` Arpad Babay, 2 minn Osaba Kiss u Stepehen Micallef, goal kull wiehed ghall-Jurgen Borg u l-Captain Jurgen Cutajar. Sirens bdew tajjeb hafna meta ghalqu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta` 3-2 fejn kienu Sliema li fethu l-iskor izda 3 goals minghajr risposta ghall-Sirens ghalqu l-ewwel sessjoni.

Fit-tieni sessjoni Sirens komplew fejn hallew biex regghu rebhu din is-sessjoni bl-iskor ta` 2-1 fejn f`din is-sessjoni spikka hafna l-captain David Cutajar. Fit-tielet sessjoni Sliema ghamlu rimonta tajba u ghalqu s-sessjoni b`parita ta’3-3.
Fir-raba` u l-ahhar sessjoni Sliema rebhu din is-sessjoni bl-iskor ta` 3-1. bil-goal tar-rebha jiskurjah il-barrani Kiss Gergerly.





Leave a comment