GOAL CARD mill-ġdid għall-bejgħ

Tuesday, December 11, 2012, 11:25

Il-ħruġ mil-ġdid tal-GOAL CARD sejra tajjeb mal-partitarji tat-tim nazzjonali li ma xtrawx din il-‘card’ fl-ewwel ħarġa. Ħafna qegħdin jieħdu din l-opportunita’ biex jixtruha u jagħtuha bħala rigal tal-Milied.

L-MFA tfakkar li l-GOAL CARDS għas-setturi kollha tal-istadium jinsabu għall-bejgħ, liema bejgħ għandu jibqa’ sejjer sa jum il-Milied. Wieħed jista’ japplika għal din il-‘card’ billi jżur is-sit www.mfa.com.mt. jew billi jmur personalment fl-uffiċċini tal-MFA f’Ta’ Qali.

Il-prezzijiet tal-GOAL CARD ivarjaw bejn €30 u €100 għall-kbar u bejn €15u €30 għat-tfal taħt it-12-il sena.

Is-sekwenza tal-ħames partiti li wieħed jista’ jsegwi fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali huma:

 

1)      Malta vs Irlanda ta’ Fuq, 6 ta’ Frar 2013 – Partita ta’ ħbiberija

2)      Malta vs Italja, 26 ta’ Marzu 2013 – Partita Kwalifikazzjoni Tazza tad-Dinja 2014

3)      Malta vs Danimarka, 6 ta’ Settembru 2013 – Partita Kwalifikazzjoni Tazza tad-Dinja 2014

4)      Malta vs Bulgarija, 10 ta’ Settembru 2013 – Partita Kwalifikazzjoni Tazza tad-Dinja 2014

5)      Malta vs Repubblika Ċeka, 11 ta’ Ottubru 2013 – Partita Kwalifikazzjoni Tazza tad-Dinja 2014

 





Leave a comment