- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

GO Aġġornament Fuq L-Abbonamenti Għall-Premier League

Posted By Sportinmalta On October 4, 2016 @ 11:29 am In Featured,Football,General | No Comments

GO qed toffri lill-klijenti li abbonaw mal-GO Sports Premium Package bejn l-4 ta’ Lulju 2016 u t-12 ta’ Awwissu 2016, l-opportunità li jikkanċellaw dan l-add-on fil-pakkett tagħhom għat-TV mingħajr l-ebda penalità.

Id-deċiżjoni li joffru din l-opt out lill-klijenti li abbonaw bejn dawn id-dati partikolari tirrikonoxxi d-dewmien bejn l-istqarrija inizzjali għall-istampa li ħabbret il-bidliet għax-xandir tal-loghob tal-Premier League Ingliż kif mqabbda mill-Premier League, u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni aġġornata fuq il-websajt ta’ GO.

Waqt li qed tagħmel din l-offerta, GO qed issostni l-pożizzjoni tagħha li hi ma wettqet l-ebda ksur tal-protezzjoni tal-klijenti jew ta’ xi liġi oħra, iżda qiegħda taġixxi skont ir-rispett għall-klijenti u biex tkompli turi rieda tajba. GO hi attwalment fil-proċess li tikkuntattja direttament lill-klijenti kollha eliġibbli li jirrevokaw il-GO Sports Premium Package tagħhom, u għalhekk m’hemm l-ebda ħtieġa għall-klijenti li jieħdu kwalunkwe azzjoni.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/go-aggornament-fuq-l-abbonamenti-ghall-premier-league/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.