GMA MotoFest 2019

Thursday, June 13, 2019, 9:42

Nhar il-Ħadd li għadda, il-Gozo Motocross Association organizzat il-GMA MotoFest 2019, bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex u l-Gozo Sports Board. Il-kompetizzjonijiet bdew għal ħabta tan-12.30 pm fil-Korsa taż-żwiemel, f’Ta’ Xħajma.

Mhux inqas minn 30 kompetitur tal-muturi Għawdxin kif ukoll Maltin kkompetew f’4 klassijiet bi 3 ‘heats’ il-waħda. Żewġ sewwieqa femminili, Nicole Cutajar u Emma Xuereb ukoll kienu parteċipi fi Klassi Ċ. L-eċitament kien kbir hekk kif il-muturi niżlu fuq l-‘istarting gate’. Folla mdaqsa ġew biex isegwu dawn il-kompetizzjonijiet li bħalhom kienu ġew organizzati għall-ewwel darba s-sena l-oħra, iżda l-avveniment kien bil-lejl. L-assoċjazzjoni tirringrazzja lis-sewwieqa Maltin li ħadu sehem.

Sadanittant, saru wkoll tlielaq tal-karozzi fuq trekk li wkoll iddiżinja apposta Frank Xuereb għal din l-okkażjoni. Tlettax-il sewwieq Għawdxi ħadu sehem f’dawn il-kompetizzjonijiet, minkejja s-sħana kbira li ħakmet proprju f’dak il-jum. Is-sewwieqa tal-karozzi kienu għatxana ferm għall-kompetizzjionijet Autocross ġewwa Għawdex minħabba li ma għandomx faċilitajiet biex ikunu jistgħu jipprattikaw dan l-isport favorit tagħhom.

Christopher Briffa minn Casual Bikers ippreżenta rigali ferm sbieħ tad-ditta UFO lir-rebbieħa tal-Motocross u anke ta rigali lill-parteċipanti kollha, sew tal-muturi kif ukoll tal-karozzi. Huwa qal li kien impressjonat bil-professjonalità tal-organizzazzjoni u wera x-xewqa li jkun hemm aktar ftehim ta’ din ix-xorta bejnu u bejn l-assoċjazzjoni.

Dawn huma r-riżultati uffiċjali

MOTOCROSS 
Class A:
1st – Bernard Sammut
2nd – Garry Debono
3rd – David Dimech
Motocross Class B:
1st – Jorn Stellini
2nd – Robert Spiteri
3rd – Glenn Vella

Class B 2stroke:
1st – Nataniel Camilleri
2nd – Daniel Portelli
3rd – Krist Falzon

Class C:
1st – Silvan Caruan
2nd – Kurt Muscat
3rd – Antoine Muscat

AUTOCROSS
Category Standard:
1st – Clayton Cardona
2nd – Malcolm Cefai
3rd – JJ Rapa

Category Modified:
1st – Matthew Vella
2nd – Marvin Grima
3rd – Mario Attard

L-għaqda tixtieq tirringrazzja l-ewwel nett lis-sewwieqa kollha li pparteċipaw kif ukoll lill-Ministeru għal Għawdex li mingħajru din l-attività’ ma kinitx tkun possibli. Tirringrazzja wkoll lil Casual Bikers tas-sapport kbir li wrew, kif ukoll lil veteran Scott Donavan, ex junior Motocross Champion u sewwieq ta speedway għal ħafna snin. Is-Sur Donavan għamel il-kummentarju bil-lingwa Ingliża propju minħabba l-ħafna turisti li kienu qed isegwu l-kompetizzjonijiet.





Leave a comment