Ġlieda bejn tlieta għar-rebħ tal-kampjonat

Wednesday, February 12, 2014, 19:30

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Mellieħa Tritones 38

SN Suns 58

(16-21)(10-16)(8-11)(4-10)

St. Nicholas Suns żammew il-kuntatt mat-timijiet ta’ fuq

Mellieha vs Suns

meta għelbu lil Mellieħa 58-38 u kisbu s-seba’ rebħa tal-kampjonat u pattew għat-telfa tal-ewwel round. Mellieħa kellhom nieqes lil John Muscat u b’din il-ħames telfa tista’ tgħid li huma barra mill-ġlieda għar-rebħ tal-kampjonat. Suns, li kienu mingħajr Michael Barberi bdew bl-ewwel punti tal-partita fosthom trippla ta’ Igor Marjanovic. Mellieħa wkoll kellhom it-three pointers minn Rihards Polis u Michel Farrugia biex marru minn quddiem 11-9. Hawn Suns kellhom run ta’ 10-0 b’diversi punti ta’ Lee Grech flimkien ma’ Hubert Agius u Simon Cauchi. Mellieħa reġgħu wieġbu permezz ta’ Farrugia u naqqsu d-distakk 16-21. Fit-tieni perjodu, wara basket ta’ Marjanovic għas-Suns, Mellieħa kellhom mument posittiv b’żewġ three pointers u basket ta’ Oliver Sammut u marru basket minn fuq 24-22. Hawn Suns, li għal din il-partita kienu mmexxija minn Brian Grech, kellhom break ta’ 13-0 fosthom trippla ta’ Marjanovic u baskets ta’ Grech flimkien ma’ Reno Camilleri u fl-intervall kienu 11 minn fuq 37-26.

Wara l-mistrieħ, il-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat u għalkemm Mellieħa kellhom il-baskets ta’ Polis, Suns wieġbu bi trippla ta’ Adrian Pace u basket ta’ Marjanovic. Mellieħa kellhom fażi tajba b’sitt punti mingħajr risposta bejn l-aħwa Joshua u Samwel Aquilina. Suns irkupraw u huma wkoll kisbu sitt punti konsekuttivi bi trippla ta’ Cauchi biex fetħu vantaġġ ta’ 14 –il punt 48-34. Fl-aħħar taqsima l-punti komplew jonqsu hekk kif Mellieħa għamlu biss żewġ baskets minn Glenn Gauchi Grech. Suns għamlu l-aħħar sitt punti tal-logħba fosthom żewġ baskets konsekuttivi minn Agius biex rebħu l-partita 58-38.

Mellieħa Tritones: C. Grixti, M. Farrugia 8, I. Cutajar, S. Aquilina 12, O. Sammut 8, J. Aquilina 2, R. Polis 10, P. Cauchi, G. Gauchi Grech 6, K. Cucciardi.

SN Suns: A. Pace 4, S. Borg, K. Scicluna, L. Grech 8, H. Agius 10, S. Vella, A. Bianchi 2, R. Camilleri 3, S. Cauchi 7, I. Marjanovic 24.

Referees: Emanuel Mangani, Svezdan Dobrosaviljevic

Hibs 73

Miscela D’oro Mtarfa 66

(25-23)(16-15)(13-18)(19-10)

Hibs ukoll kisbu s-seba’ rebħa tagħhom fil-kampjonat wara li għelbu lil Miscela D’oro Mtarfa 73-66. Wara taqsima spettakolari ż-żewġ timijiet naqqsu xi ftit ir-ritmu però l-partita baqgħet interessanti sat-tmiem. Hibs kienu mingħajr Simon Attard u Jordan Flagel u Mtarfa kellhom nieqes lil Samuel Zammit. Mtarfa bdew bi trippli ta’ Timothy Zammit iżda kellhom isofru l-insistenza tal-Hibs b’mod partikolari tal-Latvjan Svens Niedritis, frisk mir-rebħ tal-unur tal-player tax-xahar li kellhu diversi punti fosthom żewġ three pointers. Mtarfa rkupraw u qabel intemm il-perjodu għaqqdu run ta’ 8-3 bi trippla oħra ta’ Zammit għal skor ta’ 25-23 favur Hibs. Fit-tieni perjodu Mtarfa kellhom run oħra ta’  9-0 b’Zammit jagħmel three pointer ieħor u marru min fuq 32-28. Hibs irkupraw minn dan il-mument diffiċli u kienu huma li kellhom break ta’ 13-4 u fl-intervall kienu 41-38 minn fuq.

It-tielet sessjoni fetħet biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin bi tlett baskets fuq kull naħa. Wara li Hibs kabbru l-vantaġġ għal seba’ punti 50-43, Mtarfa kellhom run ta’ 13-2 b’baskets minn Zammit, Kurt Xuereb u trippla ta’ Daniel Farrugia biex reġgħu marru minn fuq 56-54. Fl-aħħar taqsima Hibs kellhom bidu mill-aqwa fejn għamlu run ta’ 12-0 bi trippli ta’ Niedritis u Kieron Caruana u żewġ baskets ta’ Ryan Carabott. Mtarfa kellhom risposta bi trippla ta’ Xuereb u baskets ta’ Zammit u trippla oħra minn dan tal-aħħar naqqsitilhom id-distakk għal 3 punti 66-69. Mtarfa bdew iwaqqfu l-arloġġ però Niedritis kien preċiż mill-freethrow line biex Hibs ħarġu rebbieħa 73-66.

Hibs: S. Niedritis 39, A, Baldacchino 3, L. Farrugia 5, R. Cortis, G. Agius 8, K. Caruana 7, C. Bugeja, M. Formosa, R. Carabott 11, K. Sultana.

Miscela D’oro Mtarfa: J. Attard, A. Psaila, K. Xuereb 9, C. Calleja 2, M. Borg, N. Grech, D. Farrugia 12, T. Zammit 25, J. Viibe 8, R.J Zammit, D. Schembri.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani.

Lightning Mondays 6

Phoenix The Chef Bistro 69

(2-25)(0-15)(4-13)(0-16)

Kif mistenni, Phoenix The Chef Bistro telgħu lura fl-ewwel post wara rebħa faċli fuq Lightning Mondays 69-6. Huma kellhom diversi players nieqsa bħal Goran Mitrovic, Andres Toompere, Antoine Costa u Karl Azzopardi. Il-partita kienet dominata minn Phoenix sa’ mill-ewwel battuti fejn wara li għamlu l-ewwel tlett punti minn Jonathan Ransley u Chris Briffa, wasal l-uniku basket ta’ Lightning Mondays minn Mok Slim. Minn hemm ‘l quddiem kellna biss punti ta’ Phoenix bi 22 punt konsekuttiv fosthom baskets minn Briffa u Ransley flimkien ma’ Stoyko Ivanov. It-tieni sessjoni kienet bl-istess andament hekk kif Lightning Mondays ma rnexxielhomx jagħmlu punti. Phoenix għamlu 15 –il punt minn Darryl Pisani u Luke Azzopardi fost l-oħrajn u fl-intervall kienu 40-2 minn fuq.

Phoenix bdew it-tielet taqsima bi tlett baskets ta’ Ransley. Il-punti ta’ Lightning Mondays waslu minn Tim Womack u Anthony Hatherly b’Phoenix jagħlqu bi trippla minn Azzopardi għal skor ta’ 53-6. Fl-aħħar sessjoni Lightning Mondays reġgħu m’għamlux punti għas-sittax ta’ Phoenix li bdewhom bi trippla ta’ Gary Micallef. Rafa Jimenez u Briffa kellhom żewġ baskets kull wieħed biex Phoenix rebħu l-partita 69-6.

Lightning Mondays: T. Womack 2, M. Caruana, D. Godwani, D. Zammit, C. Mifsud,  M. Slim 2, J. Agius, A. Hatherly 2.

Phoenix The Chef Bistro: L. Azzopardi 10, M. Quartieri, G. Micallef 3, R. Jimenez 7, D. Debattista 2, D. Pisani 12, C. Camenzuli, C. Briffa 9, M. Grech 2, J. Ransley 19, S. Ivanov 5.

Referees: Jennifer Mangani, Svezdan Dobrosaviljevic

SN Suns 81

Lightning Mondays 34

(23-6)(24-6)(18-10)(16-12)

Suns telgħu fit-tieni post tal-klassifika punt taħt il-leaders Phoenix u punt fuq Hibs u kollox juri li dawn it-tlett timijiet se jissieltu bejniethom fit-tielet round għar-rebħ tal-kampjonat. Huma għelbu Lightning Mondays 81-34 li kellhom wirja iktar posittiva mill-aħħar ħarġa. Suns kellhom break ta’ 11-0 fl-ewwel sessjoni wara li Daniel Zammit għamel basket għal Lightning Mondays. Huma kellhom trippla ta’ Stefano Borg u baskets minn Hubert Agius. Mondays kellhom il-punti ta’ Jurgen Agius u Anthony Hatherly u Suns temmew is-sessjoni 23-6 minn fuq. Fit-tieni perjodu Mondays żammew il-pass mal-avversarji fl-ewwel ħinijiet però mbagħad Suns għamlu run ta’ 13-0 bi trippla ta’ Adrian Pace u baskets minn Igor Marjanovic u Michael Barberi u daħlu jistrieħu 47-12 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Suns żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Lee Grech u Reno Camilleri b’Daniel Saliba jagħmel trippla għal Mondays. Suns kellhom iżjed baskets minn Barberi u Keith Scicluna għal skor ta’ 65-22. Ir-raba’ taqsima fetħet bil-punti ta’ Camilleri u Agius għal Suns. Fl-aħħar minuti kien hemm punti fuq kull naħa b’Matthew Caruana jagħmel tlett baskets għal Mondays u Suns rebħu l-partita 81-34.

SN Suns: A. Pace 9, S. Borg 9, K. Scicluna 16, L. Grech 8, H. Agius 21, M. Barberi 10, S. Vella, R. Camilleri 4, I. Marjanovic 4.

Lightning Mondays: T. Womack 8, M. Caruana, M. Caruana 6, D. Godwani 4, D. Zammit 2, D. Saliba 3, C. Mifsud,  J. Agius 7, A. Hatherly 4.

Referees: Jennifer Mangani, Brian Sly

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Phoenix The Chef Bistro

11

8

3

19

St. Nicholas Suns

10

8

2

18

Hibs

10

7

3

17

Mellieħa Tritones

10

5

5

15

Miscela D’Oro Mtarfa

10

3

7

13

Lighting Mondays

11

0

11

11





Leave a comment