Glenn Zammit jingħaqad ma’ Mosta FC b’self għal sena

Monday, July 4, 2011, 14:09

minn Cristian Muscat

Mosta FC ikkonkludew negozjati ma’ Marsaxlokk biex il-goalkepepr Glenn Zammit jingħaqad magħhom għal sena b’ self. Ghalhekk Zammit se jkun qed jifforma parti mill-iskwadra tal-Blues għall-istagun 2011/12.Prodott ta’ Gudja United, Zammit ingħaqad ma’ Floriana fl-istaġun 2008/2009. Imbgħad huwa ngħaqad ma’ Marsaxlokk, fejn għenhom jassiguraw il-promozzjoni ghall-kampjonat BOV Premier fl-aħħar tal-istaġun 2009/2010.

Madankollu, fl-aħħar sena, huwa qatta’ l-maġġoranza tal-istaġun fuq il-pankina wara r-ritorn ta’ Reuben Gauci mal-Ixlukkajri. Il-Blues se jibdew il-pre- season matul il-ġurnata tat-Tnejn taħt il-gwida tal-kowċ Oliver Spiteri kif ukoll tal-assistant kowċ Ramon Zammit.





Leave a comment