Gladiators Night XIII: National Title Belt for Team Noel

Saturday, July 2, 2016, 19:53

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Team Noel took part in Gladiators Night XIII and won the National Title Belt in a Boxing match. One club’s athlete competed in the main match of the evening.

Diane Schembri (Team Noel) faced Mandy Cortis (Fight Factory) for the World Boxing Union’s (WBU) Mediterranean Title Belt. It was a head to head match and counter attacks to keep the ring’s control. Schembri repeatedly dodged the powerful strikes from Cortis who in turn pressed into the corners. Both athletes hit each other with strong straight punches. At the end of the jury gave the verdict of a draw.

John Martin (Team Noel) beat Michael Carter (Browns Boxing) for the National Boxing Title. Martin remained pressing constantly on Carter to gain points. Carter had 20kg on Martin and used this advantage to work chest to chest to suppress many of the attacks. Martin won the fight by points.

Jesred Piscopo (Team Noel) faced Theon Camilleri (Art of Fighting) for the National Title in K1. It was a balanced match where Piscopo worked more with kicks to keep the distance and Camilleri worked more with punches. Both of them pressed each other until the end with nonstop counterattacks. The match ended as a draw with jury’s decision.

Christopher Rotin (Team Noel) competed with a French athlete in K1. It was a progressive match where Rotin began keeping distance with kicks. Although the French was taller the Maltese still began to enter with punches to gain points. Were also decisive the clear strikes in the last round that gave victory to Rotin.

Other athletes from Team Noel who took part in the competition were Clayton Desira and Brandon Spiteri.

For more information visit Gladiators Promotions page or contacted Master Noel Mercieca on 79208283

————————————————————————————————————————————————————-

Malti

Ċinturin tat-Titlu Nazzjonali għal Team Noel.

Team Noel ħa sehem fil-Gladiators Night XIII u rebaħ iċ-Ċinturin tat-Titlu Nazzjonali f’taqbida tal-Puġilat. Waħda mill-atleti tal-klabb kellha wkoll it-taqbida ewlenija tas-serata.

Diane Schembri (Team Noel) affaċċjat lil Mandy Cortis (Fight Factory) għaċ-Ċinturin tat-Titlu tal-Mediterran tal-World Boxing Union(WBU). Kienet taqbida ta’ ras mb’ras u kontrattakki għaż-żamma taċ-ċentru tar-ring. Schembri kemm-il darba evadiet id-daqqiet b’saħħithom ta’ Cortis li min-naħa tagħha ppressat għal ġol-kantunieri. Iż-żewġ atleti laqtu bosta drabi lil xulxin b’daqqiet b’saħħithom bil-ponn minn wara. Fl-aħħar il-ġurija tat verdett ta’ pareġġ.

John Martin (Team Noel) għeleb lil Michael Carter (Browns Boxing) għat-Titlu Nazzjonali tal-Puġilat. Martin baqa’ jippressa l-ħin kollu lil Carter biex jikseb il-punti. Carter kellu 20kg aktar minn Martin u uża dan il-vantaġġ biex jaħdem sider ma’ sider u jrażżan bosta mill-attakki. Martin jirbaħ it-taqbida bil-punti.

Jesred Piscopo (Team Noel) affaċċja lil Theon Camilleri (Art of Fighting) għat-Titlu Nazzjonali fil-K1. Kienet taqbida bbilanċjata fejn Piscopo ħadem aktar bir-riġlejn biex iżomm id-distanza u Camilleri aktar bl-idejn. It-tnejn ippressaw lil xulxin sal-aħħar b’kontrattakki bla waqfien. It-taqbida tispiċċa b’pareġġ b’deċiżjoni tal-ġurija.

Christopher Rotin (Team Noel) tqabad ma’ Franċiż fil-K1. Kienet taqbida progressiva fejn Rotin beda jżomm id-distanza bid-daqqiet tar-riġlejn. Minkejja li l-Franċiż kien itwal xorta waħda l-Malti beda jidħol bil-ponn u jieħu l-punti. Kienu deċiżivi wkoll id-daqqiet ċari fl-aħħar taqsima li taw ir-rebħa lil Rotin.

Atleti oħrajn ta’ Team Noel li ħadu sehem fil-kompetizzjoni kienu Clayton Desira u Brandon Spiteri.

Għal aktar informazzjoni żuru l-paġna ta’ Gladiators promotions jew ikkuntattjaw lil Master Noel mercieca fuq 79208283





Leave a comment