- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Gladiators Night XI mħabbar

Posted By Sportinmalta On October 6, 2015 @ 9:33 pm In Featured,Fight Sports,Kickboxing | No Comments

  • Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bil-Malti u bl-Ingliż
  • Note:This article has been posted in both Maltese and English

Gavin Muscat

Is-Sibt 17 ta’ Ottubru se jkollna spettaklu ieħor mill-atleti tal-Gladiators Night fil-lukanda Dolmen. It-Titli kollha għall-kompetizzjoni se jiġu sanzjonati mill-World Kickboxing Network (WKN).

It-taqbida ewlenija tas-serata se tkun bejn il-Malti Brandon “Boġon” Borg, Team Spartans, li se jaffaċċja lil Ervin Kovaks mill-Ungerija. Dawn se jitqabdu għat-Titlu Dinji tad-WKN fil-kategorija tat-73kg. It-taqbida se tkun ta’ livell semiprofessjonali ta’ 5×2 bir-regoli tal-K1.

Daniel “the Jet” Zahra, Team Noel, se jaffaċċja li Sandor Gronai mill-Ungerija. Din se tkun taqbida internazzjonali ta’ 5×2 ta’ livell professjonali bir-regoli tal-K1. Keith Azzopardi, Team Spartans, se jikkompeti ma’ Kickboxer minn Franza għal Titlu Ewropew fuq livell semiprofessjonali f’taqbida 4×2 tal-K1.

Melvin Fenech, Team Noel, se jaffaċċa lil Kickboxer mill-Ungerija f’taqbida K1 ta’ 4×2. Din se tkun waħda ta’ livell semiprofessjonali. Clayton Desira, Team Noel, se jitqabad fil-K1 ma’ Kickboxer Taljan għat-Titlu Internazzjonali tal-Gladiators Promotion.

L-atleti Maltin l-oħra li se jikkompetu mal-barranin huma Kirsten Brown, Brown’s Boxing, f’taqbida tal-Boxing ma’ Boxer mill-Ingilterra. Aiden Borg Catania, Team Noel, se jkollu taqbida K1 ma’ Kickboxer mill-Italja.

Il-Fight Card għas-serata se jkollha 14-il taqbida fid-dixxiplini tal-Kickboxing, K1 u Boxing fuq il-livelli amatorjali, semi professjonali u professjonali. Disa’ klabbs Malti se jtellgħu l-Kickboxers u l-Boxers tagħhom biex jikkompetu fid-dixxiplini rispettivi.

Il-konferenza stampa u l-iċċekkjar tal-piż tal-atleti se jsiru l-Ġimgħa 16 ta’ Ottubru fil-Lukanda Dolmen. Għal aktar informazzjoni żuru l-paġna tal-facebook ta’ Gladiators Promotions jew ikkuntattjaw lil Master Noel Mercieca fuq 79208283 u Isaac Chetcuti fuq 79098181

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

English

On Saturday 17th October there will be another spectacle from the Gladiators Night’s athletes at the Dolmen Hotel. All the Titles for the competition will be sanctioned by the World Kickboxing Network (WKN).

The main fight of the evening will be between the Maltese Brandon “Boġon” Borg, Team Spartans, who will face Kovaks Ervin from Hungary. They will contend for the World WKN Title in the 73kg category. This will be a 5×2 semi-professional match with K1 rules.

Daniel “the Jet” Zahra, Team Noel, will face Grona Sandor from Hungary. It will be an international match of 5×2 professional level with K1 rules. Keith Azzopardi, Team Spartans, will compete with a French Kickboxers for the WKN European Title in a 4×2 semi-professional K1 match.

Melvin Fenech, Team Noel, will face a Kickboxer from Hungary engaging in a K1 4×2 match. It will be one on a semi-professional level. Clayton Desira, Team Noel, will compete in K1 with Italian Kickboxer for International Gladiators Promotion Title..

The other Maltese athletes that will compete with foreigners are Kirsten Brown, Brown’s Boxing, in a Boxing match with the Boxer from England. Aiden Borg Catania, Team Noel, will have a K1 match with a Kickboxer from Italy.

The Fight Card for the evening will have 14 matches in the disciplines of Kickboxing, K1 and Boxing at amateur, semi-professional and professional level. Nine Maltese clubs will bring their Kickboxers and Boxers to compete in their respective disciplines.

The press conference and weight checking for the athletes will be held on Friday 16th October at the Dolmen Hotel. For more information visit Gladiators Promotions Facebook page or contact Master Noel Mercieca on 79208283 and Isaac Chetcuti on 79098181.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/gladiators-night-xi-mhabbar/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.