Gladiators Night għad-Debuttanti, ir-4 Parti

Sunday, August 16, 2015, 3:36

Gavin Muscat

Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bil-Malti u bl-Ingliż

Note:This article has been written in both Maltese and English.

________________________________________________________

Fl-4 ta’ Settembru se ssir kompetizzjoni tal-Gladiators Nights għall-atleti debuttanti lokali fil-Pitch miftuħ ta’ Marsascala.

L-organizzaturi ta’ Gladiators Promotions, Master Noel Mercieca u Isaac Chetcuti, flimkien ma’ Simon Chetcuti se jlaqqgħu madwar 40 atleta biex jikkompetu f’għadd ta’ taqbidiet. Id-dixxiplini għal din il-kompetizzjoni huma Kickboxing u K1.

L-atleti minn 10 klabbs Maltin se jitqabdu flimkien biex jirbħu l-kategorija rispettiva tagħhom. Din id-darba se jkunu l-atleti debuttanti u li se jitilgħu fir-ring biex b’hekk l-ispettaturi jaraw it-talent lokali ġdid ta’ pajjiżna. Se jkun hemm ukoll għadd ta’ taqbidiet fuq livell semiprofessjonistiku.

L-età tal-atleti se tkun ta’ bejn tmien snin u 40 sena. Minħabba l-livell tal-kompetizzjoni l-atleti se jilbsu t-tagħmir protettiv kollu matul it-taqbida speċjalment dak għall-protezzjoni tar-riġlejn u tar-ras.

Il-”Fight Card” se tikkonsisti minn 20 taqbida ta’ 3×2  u l-avveniment jibda mis-1930hr fil- lokali fil-Pitch miftuħ ta’ Marsa Scala. Għal dan l-avveniment se jattendi wkoll iċ-ċampjin tad-dinja tat-Thai Boxing Osman Yigin.

L-għada se ssir taqbida wirja bir-regoli tal-K1 bejn il-Malti, Daniel “the Jet” Zahra u l-Belġjan Lello “Sultan” Perego, atleta ta’ livell professjonali li jitħarreġ ma’ Osman.

Din il-wirja se tkun matul attività sportiva li se tiġbor il-flus bħala għajnuna għall-Istrina.

Fis-17 ta’ Ottubru se ssir ukoll Gladiators Nights XI b’atleti fuq il-livelli semi-professjonistiku u dak professjonistiku fil-lukanda Dolmen. Għal aktar informazzjoni żuru l-paġna Facebook tal-Gladiators Promotions jew ikkuntattjaw lil Master Noel Mercieca fuq 79208283 jew Isaac Chetcuti fuq 79098181.

____________________________________________________________________

English

Amateurs Gladiators Night Part 4

On September 4th the event Gladiators Nights for Amateures athletes will be held at the open air Pitch at Marsa Scala.

The Gladiators Promotions organisers, Master Noel Mercieca and Isaac Chetcuti, together with Simon Chetcuti, will gather 40 athletes to compete in numerous mathces. The disciplines for this competition are Kickboxing and K1.

The athletes from 10 Maltese clubs will face each other to win their rispective category. This time it will be the turn for amateures athletes to go in the ring so the spectators can watch the country’s new local talent. There will also be a number of semi-professional matches.

The athletes’ age will vary between 8 to 40 years. Due to the level of the competition the athletes will be wearing all the protective equipment, especially the protection for the legs and the head.

The Fight Card consists of 20 matches of 3×2 and the event will start from 1930hr at the open air Pitch at Marsa Scala. For this event there will also be present the World Thai Boxing Champion Osman Yigin.

The next day there will be an exhibition K1match between the Matlese, Daniel “the Jet” Zahra and the Belgian Lello “Sultan” Perego. A professional athlete that trains under Osman. This friendly match will be during a sports activity in aid of Istrina.

On October 17th Gladiators Night XI will be held with semi and professional level athletes at the Dolmen Hotel. For more information visit the Facebook page of Gladiators Promotions or contact Master Noel Mercieca on 79208283, Isaac Chetcuti on 79098181 or Simon Chetcuti on 79865157.





Leave a comment