Ġirja atletika ta’ hames KM fit-12 ta’ Mejju

Tuesday, March 22, 2011, 23:36

Ghat-tieni sena konsekuttiva, il-Malta Employees Sports Association se torganizza girja atletika ta’ hames kilometri li fiha jistghu jiehdu sehem impjegati minn dipartimenti u entitajiet tal-Gvern, kif ukoll dawk l-entitajiet li kienu tal-Gvern u gew privatizzati.

Din il-girja se ssir nhar il-Hamis, 12 ta’ Mejju 2011 fis-2.30 p.m. fit-Triq tas-Salina, fuq l-istess rotta li kienet organizzata sena ilu. Il-bidu u t-tmiem tal-girja tkun mill-bajja li tinsab faccata l-Coastline Hotel.

Dawk l-atleti li jixtiequ jiehdu sehem f’din il-girja huma mitluba biex ikunu preżenti mill-inqas nofs siegha qabel tibda l-girja ghar-registrazzjoni. Il-hlas se jerga’ jkun ta’ €7 kull atleta. Se jinghataw premjijiet lill-ewwel tliet irgiel u l-ewwel tliet nisa kklassifikati, kif ukoll lill-ewwel tliet atleti veterani li jkunu ghalqu 40 sena.

Ghal aktar informazzjoni wiehed jista’ jikkuntattja lis-Segretarju, MESA fuq Tel. No. 25982423 jew Mobile No. 99461698 .





Leave a comment