Gilmour Borg minn ‘Special Olympics Malta’ jinħatar bħala l-ewwel Ambaxxatur Globali għas-SIGA

Tuesday, August 8, 2017, 12:49

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, SPORT U GĦAQDIET TAL-VOLONTARJAT

L-Olimpjadi Speċjali saħħew is-sħubija tagħhom mal-Alleanza Globali tal-Isport Integrità (SIGA) wara t-tħabbira li wieħed mill-Ambaxxaturi Globali tas-SIGA se jkun atleta Olimpiku Speċjali minn Malta. F’Settembru 2016, Gilmour ġie nnominat mill-Kummissjoni Ewropea, permezz ta’ Sportmalta, bħala ambaxxatur tal-isport matul il-ġimgħa Ewropea tal-isport.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Dr Clifton Grima, filwaqt li feraħ lil Gilmour Borg dwar il-ħatra ġdida tiegħu, qal li Gilmour huwa ta’ eżempju mhux biss għaż-żgħażagħ Maltin iżda għall-pajjiż kollu.

Gilmour Borg, ta’ 16-il sena, minn San Pawl il-Baħar ħa l-irwol wara ċerimonja uffiċjali fit-tieni edizzjoni tal-Forum SIGA Sport Integrity f’Lisbona, il-Portugall. Il-forum ġabar flimkien aktar minn 100 mexxejja mid-dinja tal-isport, tal-gvern, tal-finanzi, tan-negozju u tas-soċjetà ċivili biex jindirizza l-iktar kwistjonijiet urġenti u ta’ integrità li qed tiffaċċja l-industrija tal-isport.

Bħala parti mill-irwol il-ġdid, Borg, li huwa attur atletiku rebbieħ b’ħafna midalji, iffirma wegħda uffiċjali tas-SIGA u impenja ruħu biex jappoġġja l-viżjoni u l-missjoni globali ta’ SIGA li jippromwovi u jippreserva l-integrità tal-isport, kif ukoll iqajjem kuxjenza dwar l-irwol li atleti b’diżabbiltà intellettwali jista’ jkollhom sehem fil-promozzjoni tal-industrija sportiva b’mod pożittiv.

Borg tkellem f’riċeviment uffiċjali li żvela wkoll l-eroj Olimpika Portugiża Rosa Mota bħala Ambaxxatur Globali tas-SIGA. Mota kienet l-ewwel mara Portugiża li rebħet id-deheb Olimpiku. Ser isservi bħala team captain lill-Ambaxxaturi Globali tas-SIGA. SIGA tippjana li tinvolvi aktar atleti tal-Olimpjadi Speċjali fl-irwoli ambaxxatorjali madwar id-dinja.

Waqt it-tnedija tal-Ambaxxaturi Globali tas-SIGA, Borg spjega għaliex l-isport, u b’mod partikolari l-Olimpjadi Speċjali, huwa tant importanti għall-ħajja tiegħu. “L-Olimpjadi Speċjali huma t-tieni familja tiegħi. Hija t-tieni ħajja tiegħi. Qabel ma ngħaqadt, ġejt bullied fl-iskola, studenti oħra kienu jħarsu lejja b’mod differenti, u jien kont inkun rrabjat ħafna.”

“Ħadd ma seta’ jikkontrollani. Din kienet il-ħajja tiegħi sakemm il-ġenituri tiegħi ltaqgħu ma’ xi nies minn Special Olympics Malta. Huma wrew lill-ġenituri tiegħi l-Programm tal-Atleti Speċjali tal-Logħob Olimpiku. L-Olimpjadi Speċjali għamlu l-persuna li jiena llum. L-Olimpjadi Speċjali jagħmluk tħossok aċċettat.”

Quddiem udjenza kbira, Borg irringrazzja wkoll lil SIGA għall-opportunità li toffri r-rwol tal-Ambaxxatur Globali. “Messaġġ importanti biex tgħaddi huwa li l-isport jgħinek ittejjeb is-saħħiet u l-ħiliet tiegħek. Tagħti mġiba pożittiva li tgħinek tħossok kburi u trid tikseb aktar. L-appoġġ ta’ SIGA jagħtina aktar indipendenza biex ngħixu ħajja ħielsa mid-diskriminazzjonijiet.”

F’kumment dwar il-ħatra l-President u Direttur Maniġerjali ta’ Special Olympics Europe Eurasia David Evangelista, qal: “L-Olimpjadi Speċjali huma onorati li Gilmour Borg se jservi bħala wieħed mill-ewwel Ambaxxaturi tas-SIGA. Jirrappreżentaw madwar 5 miljun atleti b’diżabbiltajiet intellettwali, il-messaġġ u l-eżempju ta’ Gilmour jinkorpora s-saħħa trasformattiva li l-isport għandu joħloq bidla pożittiva sostnuta fid-dinja llum. L-Olimpjadi Speċjali jistennew bil-ħerqa l-kollaborazzjoni kontinwa tiegħu mas-SIGA biex iżidu l-vuċi ta’ atleti b’diżabbiltà intellettwali bħala parti minn impenn komuni biex l-isport ikun għas-servizz ta’ dawk kollha li jfittxu l-benefiċċji qawwija tiegħu.”





Leave a comment