Gilbert Agius mhux hati li fera’ player b’daqqa ta’ flixkun

Sunday, July 28, 2013, 9:21

Il-player ta’ Valletta u ex internazzjonali Malti Gilbert Agius ma nstabx hati mill-Magistrat Consuelo Scerri Herrera li ta daqqa ta’ flixkun lil player ta’ taht id-19-il sena ta’ St.Patrick, f’xi hin waqt il-partita ta’ taht id-19-il sena bejn Valletta u St.Patrick, li kienet spiccat f’parita’.

Agius ta’ 39 sena, residenti Birkirkara u kowc tat-tim tal-Belt ta’ taht id-19-il sena ma nstabx hati li wettaq dan ir-reat li fit-18 ta’ April li ghadda ghall-habta tal-10.15 p.m. fil-grawnd tac-Centinarju hebb ghal plejer zabbari permezz ta’ flixkun u kkagunalu griehi hfief. Huwa lanqas ma nstab hati li kiser il-paci pubblika b’ghajjat u glied u li gab ruhu abbuzivament.

Huwa mifhum li l-incident sehh meta Josmar Farrugia mar jifrah fl-inhawi tal-kowc Agius, huwa beda jbus l-arma tal-flokk tieghu, u minn hemm qam pandemonju shih.

Il-Qorti wara li semghet ix-xhieda f’dan il-kaz qalet li huwa minnu li Josmar Farrugia gie ferut izda ma jirrizultax ghas-sodisfazzjon taghha lil hinn minn  kull dubju li kien Gilbert Agius li ferieh.

Il-Prosekuzzjoni qalet il-Magistrat Consuelo Scerri Herrera setghet tipprova l-akkuzi hafna ahjar u dan li kieku ressqet aktar plejers jixhdu. Din kellha wkoll id-dmir li tinvestiga hi stess u mhux toqghod biss fuq ix-xhieda li gew indikati lilha mill-partijiet.

Kull persuna li xehedet qalet li kien hemm hafna plejers fil-grawnd jaghtu u ghalhekk kellha tkun il-Pulizija li tkun obbligata li tressaq xi xhieda, kemm dawk favur kif ukoll kontra l-akkuzat u li titkellem ma’ aktar plejers, biex tara ezattament x’seta’ ghamel Agius.

Kienu biss Josmar Farrugia, gowlkiper, Ian Grech u Samwel Buhagiar li qalu li Agius ta daqqa, l-ohrajn hadd ma raha xejn filwaqt li Gilbert Agius qaghad  fix-xhieda tieghu. Il-Qorti qalet li t-tlett plejers matul ix-xhieda qalu l-istess x’kien gara haga, fejn dawn qalu li d-daqqa kienet ta’ flixkun tal-aluminium.  Fil-Qorti Farrugia, Grech u Buhagiar ammettew li sahansitra huma marru ghand avukat biex jaraw kif kellhom jixhdu. Ghal Gilbert Agius deheret l-Avukat Veronique Dalli.





Leave a comment