Gianluca Dingli jibda b’rebħa fi Sqallija

Wednesday, February 9, 2011, 10:24

 Gianluca Dingli, id-driver uffiċjali tal-BRM Racing Team fil-Klassi 125 Rotax ma setax jissodisfa lit-Team tiegħu aktar wara li-bidu pożittiv b’rebha fil-kampjonat sqalli. Dan il-bidu pożittiv f’dan l-istaġun fiċ-ċirkwit Triscina Castelvetrano (Trapani) ikkonferma għal darba oħra li Dingli, ta’ 16 -il sena, huwa żagħżugħ b’talent kbir u huwa ħerqan ħafna li jkompli jipprogressa mat-Team Internazzjoni Taljan BRM.
 
Iktar minn 90 xufier ipparteċipaw f’din l-ewwel tellieqa Coppa CSAI kampjonat tal-Karting b’numru sabiħ ta’ xufiera fit-8 kategoriji differenti li taw spettaklu fuq it-trakka.
 
Kull tellieqa kienet battalja sal-aħħar dawra peress li x-xufiera kienu inċerti minħabba il-kundizzjonijiet tat-temp f’dak il-weekend.  Din kienet partikolarment ta’ sfida għal Gianluca peress li ma kellux ħafna esperjenza fi tlielaq f’temp tax-xita u kellu jagħmel il-qualifying session għal pole position b’tyres tax-xita.  Pero, bl-assisstenza ta’ Mario Lena it-team manager tiegħu kif ukoll il-pariri minghand il-BRM gewwa Brescia taħt Erminio Bozzoni, huma irnexxilhom jaħdmu u jbidlu is-setup tal-kart u tal-magna kif kien hemm bżonn.  Għaldaqstant Dingli xorta irnexxilu jikkwalifika fl-10 post fil-pole position.

Gianluca Dingli fuq il-podju

Gianluca Dingli fuq il-podju

 
Fortunatament, il-kundizzjonijiet tat-temp il-Ħadd wara nofsinhar tjiebu u d-direttur tat-tellieqa ordna lit-teams biex ibiddlu it-tyres għal slick (tyres tax-xott).  Gianluca, issa iktar kunfidenti irnexxilu jagħti kompetizzjoni kiefra lil kompetituri l-oħra li kkwalifikaw quddiemu fir-Rotax Max Class, kategorija taħt it-30 sena.  Bid-dawl aħdar fl-ewwel tellieqa Gianluca kien iddeterminat li juri l-potenzjal proprju tiegħu u jgħaddi lix-xufiera wieħed wieħed biex spiċċa fl-ewwel post.
 
Qabel it-tieni tellieqa, Mario Lena għamel aktar aġġustamenti lis-setup tal-kart u tal-magna biex jipprova itejjeb aktar il-prestazzjoni.  Dawn it-tibdiliet qablu perfettament mas-sewqan ta’  Gianluca u meta reġa’ ħareg fuq it-trakka huwa irnexxilu jirbaħ din it-tieni tellieqa liema rebħa ġabet sodisfazzjon kbir fit-team billi Gianluca kien iddikjarat ir-rebbieħ tal-ewwel event tal-kampjonat sqalli Rotax Max b’Carlo Speciale u Salvatore Battaglia jispiccaw fit-tieni u it-tielet post.
 
“Kollox spicca pożittiv meta id-direttur tat-tellieqa ordna li nibdlu tyres għal tyres tax-xott peress li kienet waqfet ix-xita” qal Gianluca sodisfatt “mall-ewwel rebħa fl-ewwel tiġrija Mario Lena innota li kelli bzonn xi aġġustamenti u dan għeni biex inżomm il-vantaġġ waqt it-tieni tellieqa.  Jien grat hafna lil genituri tieghi u lil BRM Racing Team għal din l-ewwel rebha”.
 
Gianluca Dingli jixtieq jirringrazzja lil Hetronic Malta (a divison of Methode Electronics Limited) għas-support kontinwu li jagħtuh, lill-isponsor ewlieni tieghu Virtu Ferries talli jgħinuh biex jivvjaġġa għal dawn it-tlielaq, BRM Racing srl, lit-team manager tieghu Mario Lena, Chevron Autodealer (Hubert Camilleri), Malta Motorsport Federation, Kunsill Malti għall-Isport, Kunsill Lokali Rabat, Zoqdi Racing Team, Badger Karting u lill-iponsors l-ohra kollha.





Leave a comment