Gianluca Dingli jerġa’ jtellaq

Tuesday, August 11, 2020, 7:27

Is-sewwieq Malti tal-karting Gianluca Dingli ikkompeta fl-ewwel tiġrija uffiċjali għal din is-sena. Din hija s-sitt darba li Dingli qed jikkompeti fil-Kampjonat Taljan organizzat mill-ACI Sport. L-ewwel rawnd sar fiċ-ċirkwit internazzjonali ta’ Triscina fi Trapani. Dingli, wara 9 xhur ma jikkompetix, ikkompeta fil-klassi Senior X30 bil-kart numru 410. Fl-ewwel tellieqa Dingli tilef erba’ postijiet u spiċċa fid-disa’ post. Imbagħad fit-tellieqa finali Dingli avvanza żewġ postijiet u spiċċa fil-pożizzjoni numru sebgħa. Wara biss l-ewwel rawnd tal-kampjonat Dingli jinsab fit-tmien post.

Il-ġimgħa d-dieħla, Dingli ser jkun qiegħed jerġa jivvjaġġa lejn South Garda Karting f’Lonato għat-taħriġ. Imbagħad se jkun qed jivvjaġġa mill-ġdid fl-aħħar ta’ Awwissu lejn Lonato biex jikkompeti fit-tielet rawnd tal-Kampjonat tar-Rok Cup għat-tramuntana tal-Italja.

Kyle Micallef, sewwieq ieħor tal-karting Malti kien ukoll fi Triscina, fejn ikkompeta fil-klassi 60-mini. Wara l-ewwel rawnd tal-kampjonat Micallef jinsab fis-17-il post.





Leave a comment