Gianluca Dingli ħa sehem fil-Kampjonat Taljan tar-Rok Cup

Thursday, September 12, 2019, 7:18

Is-sewwieq Malti tal-Go Kart Gianluca Dingli kien impenjat billi ikkompeta fil-Kampjonat Taljan tar-Rok Cup f’Adria International Raceway fl-Italja. Ma kinitx ġimgħa faċli ddominata bi problemi tekniċi u kundizzjonijiet ħżiena tat-temp. L-abilità u d-determinazzjoni ta’ Dingli fit-tellieqa finali, taħt xita qawwija, waslet biex spiċċa it-tellieqa fis-6 post fost 12-il sewwieq li ikkompetew fil-klassi tiegħu.

Dingli saq mat-tim Taljan ta’ Zanchi Motorsport u hu kien l-aqwa sewwieq fit-tim tiegħu. Din it-tellieqa serviet ukoll bħala preparazzjoni għall-avveniment li jmiss fejn Dingli ser jikkompeti fir-Rok Cup International World Finals li ser isiru f’Ottubru fiċ-ċirkwit ta’ South Garda Karting f’Lonato l-Italja.

Fuq il-midja soċjali Gianluca Dingli rringrazzja lill-familja tiegħu għall-appoġġ kostanti u lill dawk kollha li emmnu fih.





Leave a comment