Għoxrin Student Żagħżugħ U Żagħżugħa Jiggradwaw Mill-Malta FA Referees’ Academy

Tuesday, May 31, 2016, 11:43

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Għall-ħames sena konsekuttiva, il-Malta FA Refereeing Department organizza r-Referees’ Academy, matul l-istaġun bejn Ottubru u April.

Ta’ kull nhar ta’ Sibt filgħodu l-parteċipanti attendew b’mod regolari sessjonijiet ta’ teorija u prattika kif ukoll testijiet miktuba u fiżiċi.

Total t’għoxrin student, fosthom ħames tfajliet, lestew il-kors b’suċċess u ggradwaw f’ċerimonja preseduta mill-Viċi-President tal-Malta FA u Chairman tar-Referees’ Committee Alex Manfrè, li f’kelmtejn tal-okkażjoni feraħ lir-referees ġodda u enfasizza l-importanza tal-integrità f’kull ħin.

L-Aġent Direttur tar-Refereeing Kevin Azzopardi faħħar lill-gradwati għas-sens qawwi ta’ dedikazzjoni u impenn; qal li jħossu konvint li dan kien l-ewwel pass li jawgura suċċess fil-karriera futura tagħhom.

Paul Caruana qal li fl-ewwel sena tiegħu bħala Referees’ Academy Project Leader, kien sodisfatt immens b’dak li wettqu l-istudenti; jispera li n-numru rekord ta’ dis-sena jkompli jiżdied fis-snin li ġejjin.

L-għoxrin gradwat huma Massimo Axisa, Matthea Borg, Tesmarie Busuttil, Michaela Camilleri, Preston Carbonaro, Daniel Casha, Michael Pio Cilia, Robert Curtis, Mark Deguara, Kieran Duncan, Kelsey Farrugia, Kelly Galea, James Gauci, Luke Meli, Andrea Pavia, Andre Portelli, Rycart Spina, Melchior Tabone, Luke Xuereb u Gerard Zammit Young.

Mill-istaġun li ġej, dawn il-Grassroots Referees ġodda jkunu impenjati fil-logħob organizzat mill-Youth FA.

————————————————————————————————————————————————————-

English

20 Students Graduate From The Malta FA Referees’ Academy

For the fifth consecutive season, the Malta FA Refereeing Department organized its annual Referees’ Academy programme between October and April.

Participants regularly attended theoretical and practical sessions on Saturday mornings, while also undergoing written and fitness examinations.

A total of 20 students, including 5 females, successfully completed the course and graduated during the Graduation Ceremony presided by Malta FA Vice-President and Chairman of the Referees’ Committee Alex Manfrè who, in his address of the occasion, congratulated all participants and emphasized the importance of integrity at all times.

Acting Director of Refereeing Kevin Azzopardi heaped praise on all graduates and highlighted their high sense of dedication and commitment. He stated that he has no doubt that this was the first step of a great career for these students.

Project Leader Paul Caruana said that in his first year at the helm of the Referees’ Academy, he was truly satisfied with what these students have achieved. He hoped that the record number of participants this year would continue to increase during the coming seasons.

The 20 graduates are Massimo Axisa, Matthea Borg, Tesmarie Busuttil, Michaela Camilleri, Preston Carbonaro, Daniel Casha, Michael Pio Cilia, Robert Curtis, Mark Deguara, Kieran Duncan, Kelsey Farrugia, Kelly Galea, James Gauci, Luke Meli, Andrea Pavia, Andre Portelli, Rycart Spina, Melchior Tabone, Luke Xuereb and Gerard Zammit Young.

As from next season, these match officials will be enrolled as Grassroots Referees and appointed in Youth FA matches.

Referee Academy Graduation group photo





Leave a comment