Għoxrin entità sportiva jibbenefikaw mill-fondi relatati ma’ skemi li joffri l-Kunsill Malti għall-Isport,

Monday, February 9, 2015, 17:25

‘L-għotjiet finanzjarji huma tajbin, pero rridu naslu f’punt fejn l-entitajiet sportivi ma jibqgħux jiddependu mill-gvern għall-assistenza, għaliex ikun awto-suffiċjenti.’  Dan qalu llum is-Segretarju Parlammetari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius waqt attività li fiha ngħataw fondi ta’ assistenza lil 20 entità sportiva differenti.  Huwa saħaq li jifhem it-talbiet li jkollhom l-isportivi li jaħdmu, ħafna minnhom fuq bażi volontarja, perol-fondi allokati għall-isport huma limitati u għalhekk mhux it-talbiet kollha jkunu jistgħu jitwettqu.

 

Iċ-ċermen tal-Kunsill Malti għall-Isport Hon. Luciano Busuttil qal li l-iskemi tal-Kunsill Malti għall-isport qegħdin ikunu riveduti sabiex aktar entitajiet jibbenefikaw minnhom u l-firxa tkun aktar wiesgħa kemm fuq aktar nies u anke fuq dixxiplini sportivi differenti.  Huwa saħaq li l-amminsitrazzjoni ta’ dawn il-fondi pubbliċi għandha ssir b’reqqa u għaqal sabiex jkunu njettati direttament fl-isport.

 

L-għoxrin entità sportiva kienu qed jibbenefikaw mill-fondi relatati ma’ skemi diversi li joffri l-Kunsill Malti għall-Isport, fosthom dik tat-turiżmu sportiv, il-parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet barra l-pajjiż  kif wkoll għajnuna għall-manutenzjoni ta’ faċilitajiet u tagħmir sportiv ġdid.

 

Aktar informazzjoni dwar l-iskemi diversi tinstab fuq il-paġna tal-Kunsill Malti għall-Isport - www.sportmalta.org.mt





Leave a comment