Għoti tal-assistenza minn SportMalta

Friday, May 26, 2017, 11:16

Kwart ta’ miljun ewro kienu preżentati lill-assoċjazzjonijiet sportivi jew atleti fl-ewwel minn erbgħa ċerimonji ta’ għoti ta’ assistenza finanzjarja minn SportMalta li huma pjanati għall-2017.

Fil-fatt kienu 35-il assoċjazzjoni/atleta li bbenefikaw minn somma li kienet qrib il-kwart ta’ miljun. Iċ-ċerimonja saret fil-Klabb tal-Boċċi tal-Isla li kien wieħed mill-klabbs li bbenefikaw.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius qal illi f’dawn l-aħħar 4 snin kulħadd ġibed ħabel wieħed biex flimkien għamilna d-differenza.  Huwa kompla jgħid sar bosta xogħol fil-qasam sportiv u huwa dmir li naraw li l-klabbs jaħdmu fuq bażi professjonali. Dan jista’ jseħħ permezz tal-liġi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-artijiet sportivi li se tkun qed tgħin biex il-klabbs ikunu aktar sostenibbli.  B’hekk SportMalta se tkun qed tiġbor aktar flus sabiex tkompli tgħin lill-klabbs sportivi.  Huwa temm billi awgura lill-atleti kollha li l-ġimgħa ddieħla ser jirrapreżentawna fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar.

Ic-Chairman ta’  SportMalta Luciano Busuttil qal li SportMalta tejbet l-iskemi ta’ assistenza.  Huwa qal li l-entità se tkompli tara li tirrenja l-governanza tajba filwaqt li tara li l-finanzi jkunu minfuqa fi proġetti sostenibbli.





Leave a comment