Ghaxaq FC Youth Nursery

Saturday, September 7, 2013, 11:20

Ghaxaq FC Youth Nursery qed jorganizza avveniment ghall-familja kollha, bl-isem ta’ Family Fun Football Festival, li ser jinzamm nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru, 2013 bejn l-10am u l-10pm, filfaċilitajiet tagħhom li jinsabu fil-Għaxaq FC Ground, Triq tal-Andar, Ħal Għaxaq.

Dan l-avveniment qed jiġi organizzat permezz ta ‘finanzjament mill-Iskema Inizjattivi Żgħar (Small Initiatives Scheme) mnedija mill-Kunsill Malti għas-Settur tal- Volontarjat. Dan il-festival jikkonsisti f’jum sħiħ ta’ attivitajiet li jmorru lil hinn milli sempliċiment jippromwovu s-settur ta’ interess tagħna, jiġifieri il-futbol.

L-avveniment jikkonsisti f’attivitajiet miftuħa għall-kulhadd fosthom logħob u sessjonijiet ta’ divertiment tal-futbol fejn it-tfal jistgħu jingħaqdu f’logħob divertenti fil-grawnd. Justin Haber Academy ser tipparteċipa ukoll billi se jipprovdu coach minn Sunderland AFC li se jħejji sessjonijiet ta’ taħriġ għall-etajiet kollha.

Matul dan il-Festival wieħed jista’ jżur ukoll l-istands li se jkunu armati minn organizzazzjonijiet volontarji sabiex jippromwovu x-xogħol tagħhom u jesebixxu materjal informattiv. Dawn lorganizazzjonijiet li se jieħdu sehem huma: Equal Partners Foundation, Marsaxlokk Aquatic Sports Club, Multiple Soċjetà Isklerożi, Transplant Support Group.

Barraminnekk, grupp ta ‘tfal ser ibiegħu cupcakes u ħelu ieħor ippreparat minnhom infushom,kif ukoll se jorganizzaw bazaar li l-qliegħ kollu se jmur għal Puttinu Cares Foundation. Se jinzammu taħdidiet edukattivi dwar l-ikel tajjeb għas-saħħa u n-nutrizzjoni minn Dr Chris Fearne, u dwar l-Ambjent mill-Ramblers Association.

Ghaxaq Walking Club (fi ħdan Kunsill Lokali Għaxaq) ser jorganizzaw mixja li se tibda u tintemm fil-faċilitajiet tagħna. Biex inkomplu fuq it-tema tal-edukazzjoni fizika, se tinżamm sessjoni taz-Zumba minn Audrey Gauci u dan sabiex ukoll inzommu impenjati lil dawk il-genituri li se iżuru n-nursery tagħna fil-ħin li t-tfal tagħhom jkunu qed jiddevertu. Tul il-jum kollu se jkun hemm bouncy castles u face-painting ghall-uzu tat-tfal minghajr ħlas.

Finalment, din il-ġurnata se jkun iffinalizzata permezz ta’ spettaklu ta’ kant u zfin fejn se jippartecipaw kantanti stabbiliti bħal Dorothy Bezzina, Klinsmann, Rachael & Ben, Raquel Galdes u Danica Muscat kkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom. Dan il-festival huwa miftuh ghal kulhadd minghajr hlas.





Leave a comment