Għalliema Ġappuniża tal-Aikido f’Malta

Tuesday, April 19, 2011, 23:56

F’ dak li huwa mahsub li huwa ta’ l-ewwel bhalu f’ pajjizna li l- ghalliema Gappuniza qattat tmiem il- gimgha tghallem studenti Maltin l- aktar aspetti kumplessi u sofistikati ta’ l- arti marzjali Gappuniz, Aikido. Tomoko Riondet hija esperta f’din arti marzjali sottili u effettiva immense li ipprattikat fil- Gappun meta kienet l- universita’ lejn l- ahhar tas– snin sebghin. Hija aktar tard saret dixxiplu ta’ l-aħħar master rikonoxxut Gappuniz Hirokazu Kobayashi (VIII Dan), fejn hija tghallmet, ipprattikat, u vvjaggat fl- Ewropa.

Tomoko hija għalliema fl-Iskola Bu-Iku-Kan Aikido bbażata f’ Provence, fi Franza fejn hija tgħix u regolarment tgħallem adulti u klassijiet speċjali għat-tfal u nisa.

Tomoko kienet parti mill- attivita’ internazzjonali li ssib darbtejn kull sena, is-seminar internazzjonali ta’ l- Aikido, organizzat mill-Klabb Yamato Bu-Iku-Kan Aikido Dojo bejn 1-3 April 2011. Tomoko hija mistennija lura Malta fis-seminar li jmiss f’Ottubru.

Il-Bu-Iku-Kan Yamato Dojo Aikido klabb fil- Hamrun hija fergħa ta’ l-iskola Franċiża Bu-Iku-Kan u torganizza taħriġ u sessjonijiet ta’ prattika fl- Aikido tliet darbiet fil-ġimgħa. Ser jibda kors ġdid għal min jixtieq jibda jipprattika l –Aikido u ha jibda f’Mejju. Ghal aktar tagħrif cemplu 9989 9733 jew www.aikidomalta.net jew Facebook: aikidomalta





1 Comment

  1. L-Aikido huwa ideali hafna ghal tfajliet ghax ma jirrekjedijx sahha fizika. Fil klabb ghadna diversi tfajliet jittrenjaw bl-istess mod bhal irgiel. Hija forma ideajali hafna ta’ difiza personali.
    Wiehed jista jigi jara jew jipprova xi lezzjonijiet jew juza l’Aikido ghal xi progett / komponiment skolastiku.

    [Reply]

Leave a comment