GFA: Riżultati tan-Knock-out tal-Ewwel Diviżjoni (Nov.2016)

Wednesday, November 23, 2016, 18:41

Gavin Muscat

Għajnsielem jirbħu b’gowl f’kull taqsima

Għajnsielem              :              2

Nadur Youngsters    :           0

Għajnsielem pattew għat-telfa li ġarrbu kontra Nadur Youngsters fil-logħba ta’ bejniethom tal-kampjonat ġimgħa ilu u kisbu post fis-semi finali tal-kompetizzjoni Knock Out għas-spejjes tal-istess Nadur.  It-rebħa ta’ Għajnsielem kienet meritata u a11ertaw mill-kwalifikazzjoni b’gowl skurjat f’kull taqsima.  Għajnsielem fetġu l-iskor fl-erbgħa u erbgħin minuta permezz ta’ konklużjoni mill-viċin ta’ John Camilleri wara li l-gowlkeeper Matthew Muscat kien salva parzjalmient free kick ta’ Edison Bilboa Zarate.  Għajnsielem ikontrollaw ir-reazjoni ta’ Nadur fit-tieni taqsima u skurjaw it-tieni gowl fis-sitta u sebgħin minuta permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa ta’ Emiliano Lattes.

Għajnsielem u Nadur Youngsters ser jerġgħu jiltaqgġu għat-tielet ġimgħa konsekutiva f’logħba mill-ewwel rawnd tat Tazza GFA li ser issir is-Sibt li ġej f’Sannat Ground u tibda fis-seigħa.

Referee: Jude Utulu

—————————————————————–

Xewkija jeliminaw lil holders

Xewkija Tigers          :           3

Kerċem Ajax              :           1

Xewkija Tigers kisbu rebħa ta’ tlieta b’wieħed kontra Kercem Ajax fl-aħħar logħba mill-kwarti finali tal-kompetizzjoni biex issa fis-semi finali jiltaqgħu ma’ Għajnsielem.  B’dan ir-riżultat il-holders Kerċem Ajax sfaw eliminati.  Xewkija kellhom l-aħjar okkazjonijiet ta’ skor fl-ewwel taqsima u fetħu vantaġġ komdu ta’ żewġ gowls.  Thiago Melo Dos Santos fetaħ l-iskor fit-tlieta u għoxrin minuta b’xutt minn barra l-kaxxa li ħarab lil gowlkeeper Franklin Vella u Daniel Bogdanovic irdoppja b’gowl skurjat fis-sebgħa u tletin minuta wara azzjoni ta’ kontraattakk.  Kercem ipruvaw jerġgħu jidhlu fil-partita fit-tieni taqsima iżda Xewkija idefendew tajjeb u għamlu ċert mill-kwalifikazzjoni bit-tielet gowl li wasla fis-sebgħa u tmenin minuta permezz ta’ free kick dirett ta’ Daniel Bogdanovic.  Kerċem skurjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni fir-raba minuta ta’ ħin miżjud ġermezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa ta’ Petar Kyumyurdzhiev wara azzjoni ta’ korner.

Referee: Eman Grech

 





Leave a comment