GFA Cup 2016/17: Għajnsielem Jgħelbu Lil Nadur Bl-Għoti Tal-Penalties

Wednesday, November 30, 2016, 20:03

GFA Cup Round 1

Sannat Ground/Kerċem Ajax Stadium

28 ta’ Novembru  2016

Gavin Muscat

Fl-aktar logħba mistennija minn program ta’ logħob li sar f’Għawdex fi tmiem il-ġimgħa mill-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni għat-Tazza GFA, Għajnsielem kisbu kwalifikazzjoni dramatika għal kwarti-finali b’rebħa ta’ sitta b’ħamsa fl-għoti tal-penalties wara li fi tmiem il-ħin barrani l-logħba ntemmet fi draw ta’ tlieta bi tlieta.

Għajnsielem u Nadur, li qed ikunu protagonisti tal-futbol Għawdxi f’dan l-istaġun, kienu qed jiltaqgħu kontra xulxin għat-tielet ġimgħa konsekutiva.  Fil-logħbiet ta’ qabel Nadur kisbu rebħa fil-konfront tal-kampjonat filwaqt li Għajnsielem rebħu l-konfront mill-kompetizjoni Knock Out tal-ewwel diviżjoni.

Għajnsielem fetħu l-iskor f-din il-logħba b’gowl ta’ Chris Camilleri fil-wieħed u tletin minuta, iżda Nadur kellhom reazjoni tajba u wara li kellhom konklużjoni ta’ Saviour Attard li spiċċat mal-minduda, kisbu l-gowl ta’ draw fil-wieħed u ħamsin minuta permezz ta’ Claudio Antunes.  Ħames minuti wara Għajnsielm spiċċaw jilgħabu bi plejer anqas wara li Alex Tramboo ġie muri t-tieni karta safra u Nadur setgħu marru fil-vantaġġ fit-tminja u ħamsin minuta iżda tenativ ta’ Claudio Antunes spiċċa mal-lasta.  Għajnsielem irnexxielhom jrażżnu l-inizjativa tal-avversarji u l-logħba kella tidħol fil-ħin barrani.  Fit-tielet minuta tal-ewwel taqsima tal-ħin barrani Nadur marru fil-vantaġġ b’konklużjoni bir-ras tas-sostitut Brandon Said iżda Ghajnsielem kisbu l-gowl ta’ draw fis-sebgħa minuta logħob tat-tieni taqsima tal-ħin barrani b’gowl ieħor ta’ Chris Camilleri.  Nadur dehru li ser jiksbu kwaliffikazzjoni meta reġgħu marru fil-vantaġġ żewġ minuti wara b’gowl ta’ Saviour Attard u qabel reġa beda l-logħob Għajnsielem spiċċaw jilgħabu b’disgħa plejere meta Kenneth Mercieca safa mkeċċi mir-referee Esther Azzopardi għal rimarki.  Għajnsielem iżda irnexielhom jsalvaw ir-riżultat u sfurzaw il-penalties meta kisbu l-gowl ta’ draw fil-ħames minuta ta’ ħin miżjud tal-ħin barrani permezz ta’ Chris Camilleri wara free kick indirett fil-kaxxa difiża minn Nadur.

Fl-għoti tal-penalties Nadur skurjaw ħamsa minn sebgħa permezz ta’ Claudio Antunes, Milos Stojanovic, Josef Buttigieg, Charles Hili u Darko Stojanovic filwaqt li Għajnsielem skurjaw sitta minn sebgħa permezz ta’ Chris Camilelri, Emiliano Lattes, Edison Bilboa Zarate, Ferdinando Apap, Alberto Xuereb u Antonio Xuereb.

F’logħba oħra bejn żewġ timijiet tal-ewwel diviżjoni Oratyory Youths kisbu rebħa faċli ta’ tlieta b’xejn kontra Xagħra United.  Oratory, li kienu superjuri għal avversarji matul il-partita, skurjaw it-tlett gowls fl-ewwel fażi tal-partita wara żbalji fid-difiża ta’ Xagħra permezz ta’ dopjetta ta’ Bartomeu Perello Palou fl-għaxra u tnax-il minuta; u gowl ta’ Inigo Dolara fid-dsatax-il minuta.

Kerċem Ajax ukoll kisbu rebħa konvinċenti ta’ erbgħa b’wieħed kontra t-tim mit-tieni diviżjoni St Lawrencfe Spurs.  Kerċem fetħu vataġġ ta’ tlett gowls permezz ta’ Nelson Bahiya fl-erbatax-il minuta, Trayo Grozev fl-erbgħin minuta u Ognjen Rolovic fis-sitta u sittin minuta.  St Lawrence naqsu l-iskor minn penalty ta’ Mohammed Senussi Telessi minuta wara, iżda s-sostitut ta’ Kerċem Nathaniel Mercieca ssiġilla r-rebħa għat-tim tiegħu bir-raba gowl li wasal fil-ħamsa u sebgħin minuta.

Victoria Hotspurs kisbu rebħa ta’ erbgħa bi tnejn fil-logħba kontra t-tim tat-tieni diviżjoni Sannat Lions.  Il-Hotspurs dehru li ser jiksbu rebħa komda minn dan il-konfront wara li fetħu vatraġġ ta’ żewġ gowls permezz ta’ Louis Rene Zome fit-tlettax-il minuta u Jonathan Bajada fl-erbgħin minuta.  Sannat iżda baqgħu jaqsmu l-logħob mal-avverasarji aktar kwotati u rnexielhom jirkupraw l-iżvantaġġ b’gowls minn Sunday Baala fl-erbgħa u erbgħin minuta u Mark Muscat fis-sebgħin minuta.  Victoria Hotspurs reġgħu marru fil-vantaġġ bi free kick dirett ta’ Jason Portelli fis-sebgħa u sebgħin minuta u aċċertaw mir-rebħa bir-raba’ gowl li wasal minn penalty fir-raba’ minuta ta’ ħin miżjud permezz ta’ Shaun Attard.

Fiż-żewġ logħbiet l-oħra tal-ewwel rawnd SK Victoria Wanderers għelbu lil Munxar Falcons bl-iskor ta’ ħamsa b’wieħed u l-konfront bejn żewġ timijiet tat-tieni diviżjoni Għarb rangers għelbu lil |ebbuġ Rovers bl-iskor ta’ erbgħa b’wieħed.

Ritratt- Għajnsielem Facebook Page

Għajnsielem jiċċelebraw ir-rebħa fuq Nadur





Leave a comment