Gatorade Futsal League: Ġimgħa 9

Sunday, February 12, 2017, 21:12

Gavin Muscat

Matul din il-ġimgħa kompla l-kampjonat tal-futsal lokali, b’Luxol li jibqgħu fil-quċċata tal-klassifika, b’punti massimi. It-tim minn St. Andrews irnexxielu jiddominaw tajjeb fl-ewwel taqsima b’vantaġġ ta’ 7-0 fuq Sliema Wanderers. Il-gowls waslu minn doppjetti ta’ Zvezdan Vukovic, Carl Azzopardi, Andy Mangion u gowl ta’ Celino Alves.

Sliema dehru aktar fit-tieni taqsima u taw kollox biex jevitaw ħafna aktar gowls. Fl-ewwel minuta tat-tieni taqsima, ħarba tajba ta’ Nikolay Filipov li minnha skurja l-gowl ta’ konsolazzjoni għal Sliema Wanderers. Ħames minuti wara kien William Barbosa li għamilhom 8-1. B’hekk fil-bqija tat-tieni taqsima ma rajnix aktar gowls, imma l-logħba kompliet bil-ballun tiela’ u nieżel fuq kull naħa.

Iċ-ċampjins Valletta wkoll ikomplu jirbħu kull logħba minkejja li qed ibatu tliet punti li ġew imnaqqsa lilhom. Debutt kbir għal Daniel Aguilera Puerto li skurja erba’ gowls fir-rebħa li kellhom Valletta fuq Qormi bl-iskor ta’ 14-2. Rodrigo Ticz Patricio kellu tripletta, flimkien mad-doppjetti ta’ Melvin Borg u Raphael Felipe Oriz de Oliveira. Gowl kull wieħed għal Xavier Saliba u Jovica Milijic, flimkien ma’ awtogowl issiġillaw ir-rebħa Beltija. Għal Qormi skurjaw Andrew Catania li minnu kienu fetħu l-iskor u Etienne Bonnici fl-aħħar minuta tal-partita.

F’aktar riżultati it-tim tal-Università kisbu s-sitt rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Qrendi bl-iskor ta’ 5-1. Intant it-tim tal-kbar ta’ Swieqi għeleb lit-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi bl-iskor ta’ 7-2. Msida għelbu lil Safi San Lorenzo bl-iskor ta’ 7-1 u Hamrun Tre Angeli għelbi lil Tarxien JMI bl-iskor ta’ 13-2. Fl-aħħar logħba tal-ġimgħa Marsascala Construct Furniture tilfu kontra Mriehel ESS bl-iskor ta’ 1-8.

Klassifika:

Luxol 27; Valletta 24; Swieqi 21; Hamrun Tre Angeli 21; UOM 18; Msida 15; Safi San Lorenzo 12; Qormi 12; Mriehel ESS 10; Sliema 10; Qrendi 9; Marsascala 6; Tarxien JMI 0; Swieqi U21 0; Zurrieq Wolves 0.

Luxol St.Andrews





Leave a comment