Gatorade Futsal League: Konfronti interessanti fl-Elite u fl-Ewwel Diviżjoni

Sunday, April 16, 2017, 15:38

Gavin Muscat

Matul din il-ġimgħa kellna aktar logħbiet interessanti, fejn mill-grupp tal-Elite, Valletta u Hamrun Tre Angeli ħarġu rebbieħa fuq l-Universitarji u Swieqi rispettivament. Kienu żewġ logħbiet bilanċjati tant li t-timijiet telliefa, xorta kellhom prestazzjoni tajba. Valletta għelbu lit-tim tal-Università bl-iskor ta’ 6-2. Għall-Beltin kellna doppjetti għal Daniel Jesus Aguilera Puerto u Rodrigo Ticz Patricio, flimkien mal-gowls Melvin Borg u Denis Di Maio. L-istudenti Universitarji skurjaw minn gowl maħdum tajjeb minn assist ta’ Rodney Debono lejn Neil Cauchi u gowl ta’ Aidan Caruana.

Minkejja li Swieqi kienu ferm organizzati u ġabu d-dro ta’ 2-2 fit-tieni taqsima, minn gowls ta’ Redeemer Borg u Boicho Marev, Hamrun Tre Angeli rnexxielhom jieħdu t-tliet punti, bir-riżultat finali ta’ 5-2. Swieqi sabu lill-gowlkiper Ħamruniż Matthew Mifsud li salva bosta drabi lit-tim tiegħu. Hamrun Tre Angeli sabu x-xibka b’doppjetti ta’ Frank Paul Azzopardi u Cleaven Portelli u gowl ta’ Everton Da Silva Santos.

————————————————————————————————————————————————————-

Mill-Ewwel Diviżjoni, konfront ferm bilanċjat bejn Msida SJ u Mriehel ESS, li qed jaħdmu qatigħ biex xi ħadd minnhom jirbaħ din id-diviżjoni. Fl-ewwel taqsima il-Misidjani kienu qed igawdu vantaġġ ta’ 4-0 fuq l-avversarji tagħhom. Iżda b’determinazzjoni qawwija Mriehel ESS irnexxielhom jiskurjaw tliet gowls konsekuttivi, qabel tmiem l-ewwel taqsima. Fil-bidu tat-tieni taqsima Mriehel ESS saħansitra skurjaw il-gowl tad-dro. Tul it-tieni taqsima l-logħba dehret li setgħet marret fuq kull naħa, iżda Msida SJ irnexxielhom jissiġillaw ir-rebħa bl-iskor finali ta’ 7-6. George Frendo kien il-protagonista ewlieni għaliex kien l-awtur ta’ tripletta personalli. Mohammed Lamari skurja żewġ gowls, filwaqt li Liam Cachia u Chris Cardona skurjaw gowl kull wieħed. Għal Mriehel ESS kellna doppjetti ta’ Marwan Telisi, Ayoub Ahmed u Eslam Khalifa.

————————————————————————————————————————————————————-

Qormi kisbu rebħa oħra tajba, din id-darba kontra Tarxien JMI bl-iskor ta’ 6-0. Il-Qriema ħadu l-kontroll assolut u sabu x-xibka permezz tat-tripletta ta’ George Chircop, flimkien mal-gowls ta’ Miguel Alcaraz, Antoine Galea u James Tabone.

————————————————————————————————————————————————————-

Zurrieq Wolves ma setgħu jagħmlu xejn kontra Safi San Lorenzo li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-0. Safi ħadu s-seba’ rebħa tal-istaġun permezz tad-doppjetta ta’ Clive Calleja u gowls ta’ Sean Vella, Mauro D’Amato u Nathaniel Borg.

————————————————————————————————————————————————————-

Qrendi għelbu lil Marsascala Construct Furniture bl-iskor ta’ 8-4. Għal Qrendi skurja darbtejn Craig Pickard u gowl kull wieħed għal Alan Spiteri, Antonello Brincat, Ronald Spina, David Deguara, Bertram Azzopardi u Jeremy Cutajar. Marsascala naqsu l-iskor permezz ta’ Justin Mifsud, Franklin Abela, Josef Balzan u Angelo Dimech.

————————————————————————————————————————————————————-

Fl-aħħarnett Sliema Wanderers għelbu lit-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi bl-iskor qawwi ta’ 17-1. L-iktar li gawda minn din ix-xalata ta’ gowls kien Radovan Duric li skurja ħames gowls. Sliema komplew bit-tripletta ta’ Mauro Busuttil, doppjetti għal Nikolay Filipov, Aleksander Ribic u gowls ta’ Uros Markovic, Sean Keane Cassar Degabriele, Darren Aitchinson, Christian Micallef u Brandon Debono minn penalti. Il-gowl ta’ konsolazzjoni għaż-żgħażagħ ta’ Swieqi wasal mingħand Timothy Gingell.





Leave a comment