Gatorade Futsal League: Ġimgħa 5

Wednesday, December 28, 2016, 14:36

Gavin Muscat

Ħafna aktar gowls fil-futsal

Matul din il-ġimgħa tkompla l-Gatorade Futsal League fejn it-timijiet tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika komplew jiskurjaw aktar gowls. Iċ-ċampjins Valletta ġabu fix-xejn lil Qrendi bl-iskor qawwi ta’ 25-2. Luxol u Ħamrun Tre Angeli min-naħa l-oħra ma għadux lura wkoll milli jirbħu bi skor kbir, meta għelbu lit-tim tal-Università 14-1 u lil Zurrieq Wolves 19-0 rispettivament.

Il-Brażiljan Raphael Felipe Ortiz de Oliveira reġa kien eċċezjonali meta skurja waħdu erbatax-il gowl għal Valletta. Il-Beltin komplew din ix-xalata ta’ gowls b’doppjetti ta’ Jovica Milijic, Mohammed Elamari u Chris Cardona. Stefan Vella, Dylan Musu, Melvin Borg u Carlo Scicluna skurjaw ukoll gowl kull wieħed flimkien ma’ awtogowl. Għal Qrendi skurjaw gowl kull wieħed Antonello Brincat u Alan Spiteri.

Għal Luxol skurja erba’ darbiet Celino Alves, tliet darbiet Mark Zammit, darbtejn Frane Despotovic u Andy Mangion u gowl kull wieħed għal Emil Andre Raducu u Giancarlo Sammut. L-Universitarji kienu sfortunati li wettqu awtogowl u skurjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni tagħhom permezz ta’ Andrew Camilleri.

Rebħa bla risposta għal Ħamrun Tre Angeli, bis-sitt gowls ta’ Everton Veve, doppjetti ta’ Daniele Degennaro, Luke Stivala u Jason Mifsud, gowl kull wieħed għal Matthew Mifsud, Daniel Mifsud, Cleaven Portelli, Florin Anton, Frank Paul Azzopardi, Peter Pullicino u awtogowl.

Swieqi wkoll komplew b’aktar rebħiet meta għelbu lil Mriehel ESS bl-iskor ta’ 6-3. Għal Swieqi, il-Bulgaru Boicho Marev reġa’ kien il-protagonista b’doppjetta, flimkien mal-gowls ta’ Christian Wismayer, Dimitar Petev, Redeemer Borg u Fredrik Johannson. Mriehel ESS naqsu l-iskor b’doppjetta ta’ Wisam El Zaredei u gowl ta’ Emmanuel Muscat.

Msida kellhom rebħa faċli ta’ 10-2 fuq Marsascala Construct Furniture, b’George Frendo jiskurja sebgħa mill-għaxar gowls tat-tim tiegħu. Għall-Misidjani skurjaw ukoll Ricardo Ortega Toro u Armando Djepali. Il-gowls ta’ konsolazzjoni għall-Iskalin waslu mingħand Franklin Abela u Reuben Degabriele.

Doppjetta ta’ George Chircop u gowl ta’ George Falzon ssiġġillaw ir-rebħa ta’ Qormi fuq Sliema. Sliema kellhom nieqes lil Nikolay Filipov u fl-ewwel taqsima kienu l-Qriema li marru fil-vantaġġ. Wara t-tieni gowl ta’ Qormi, is-Slimiżi wettqu reazzjoni aggressiva u damu ħafna jżommu lill-Qriema milli jiskurjaw it-tielet gowl.

Safi San Lorenzo kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lit-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi bl-iskor ta’ 8-2. Għal Safi San Lorenzo skurjaw darbtejn Mauro D’Amato, Clive Calleja u Clive Calleja. Franklin Seisun u Terrence Cachia skurjaw ukoll gowl kull wieħed. Min-naħa l-oħra, Dale Vella u Lydon Baldacchino skurjaw għat-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi.

Il-kampjonat tal-futsal lokali jerġa’ jkompli minn nhar it-Tlieta 27 ta’ Diċembru, b’dawn il-partiti:

27/12/16

Marsascala Construct Furniture vs Qrendi – 9:15 pm

29/12/16

Mrieħel ESS vs Żurrieq Wolves – 8:00 pm

Ħamrun Tre Angeli vs Swieqi U21 – 9:15 pm

30/12/16

Valletta vs UOM – 8:00 pm

Safi San Lorenzo vs Luxol – 9:15 pm

Raphinha(Valletta)





Leave a comment