Gatorade Futsal League: Ġimgħa 13

Wednesday, March 15, 2017, 12:50

Gavin Muscat

Fil-konfront delikat ta’ nofs il-klassifika bejn Msida SJ u Sliema Wanderers, tal-aħħar marru l-aħjar għax kisbu tliet punti importanti biex joqorbu aktar mal-ewwel ħames timijiet.

Fl-ewwel taqsima Sliema mill-ewwel dehru awtoritevoli meta wara biss żewġ minuti fetħu l-iskor permezz ta’ Darren Aitchinson. Seba’ minuti wara kien Uron Markovic li rdoppja l-iskor. Fl-aħħar minuta tal-ewwel taqsima, Radovan Duric għamilhom 3-0.

It-tieni taqsima kienet aktar bilanċjata u Msida naqsu l-iskor permezz tal-gowl ta’ Liam Cachia wara biss tliet minuti. Erba’ minuti mit-tmiem George Frendo kompla jnaqqas id-distakk għall-Misidjani. Radovan Duric irnexxielu jgħaqqad doppjetta personali meta reġa skurja għal Sliema. Fl-aħħar minuta l-gowlkiper Bernard Camilleri waqqa’ fil-kaxxa lil Markovic u mill-penalti Nikolay Filipov għamel l-iskor finali għal 5-2.

B’din ir-rebħa s-Slimiżi aċċertaw posthom fis-sitt post flimkien ma’ Mriehel ESS. Għaldaqstant Msida SJ tilfu ċ-ċans li jiġu waħedhom fil-ħames post u jaqbżu lil Mrieħel ESS u t-tim tal-Università.

————————————————————————————————————————————————————-

Matul din il-ġimgħa waslet l-ewwel rebħa tal-istaġun għal Zurrieq Wolves li għelbu lil Marsascala Construct Furniture bl-iskor ta’ 3-0. Fl-ewwel taqsima l-Wolves marru fil-vantaġġ b’gowls ta’ Andrew Attard u Steve Sadowski. Fit-tieni taqsima l-Iskalin ippruvaw iwettqu reazzjoni iżda sabu lill-gowlkiper ta’ Zurrieq Wolves Jason Scicluna ferm attent. Sadanittant kien Alistair Camilleri li ssiġġilla din l-ewwel rebħa, meta mill-qrib sab ix-xibka għat-tielet darba għal Zurrieq Wolves.

————————————————————————————————————————————————————-

F’aktar riżultati Valletta u Hamrun Tre Angeli komplew iżidu fir-rebħ u jżommu posthom fin-naħat ta’ fuq tal-klassifika. Valletta kellhom rebħa faċli ta’ 18-1 kontra t-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi. Min-naħa l-oħra Hamrun Tre Angeli għelbu lil Safi San Lorenzo bl-iskor ta’ 5-2. Mriehel ESS komplew bil-mixja pożittiva tagħhom hekk kif għelbu lit-tim tal-Università bl-iskor ta’ 4-0. Il-logħba bejn Qormi u Qrendi ġiet posposta minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin. Fl-aħħarnett Swieqi United kisbu huma wkoll rebħa oħra importanti, meta għelbu lil Tarxien JMI bl-iskor ta’

————————————————————————————————————————————————————-

Klassifika:

Luxol 36;

Valletta 34;

Ħamrun Tre Angeli 33;

Swieqi 24;

UOM 21;

Mriehel ESS & Sliema Wanderers 20;

Msida SJ 19;

Safi San Lorenzo 15;

Qrendi 9;

Marsascala Construct Furniture 6;

Tarxien JMI, Swieqi U21 & Zurrieq Wolves 3

————————————————————————————————————————————————————-

Nagħlqu billi nagħtu ħarsa lejn il-logħbiet li se jkollna l-ġimgħa d-dieħla:

13/3/17 20:00 Marsascala vs Swieqi U21

13/3/17 21:15 Safi San Lorenzo vs Mriehel ESS

14/3/17 21:15 Qrendi vs Sliema

16/3/17 20:00 UOM vs Qormi

16/3/17 21:15 Tarxien JMI vs Zurrieq Wolves

17/3/17 20:00 Marsascala vs Luxol

17/3/17 21:15 Msida vs Swieqi





Leave a comment