Gatorade Fun Football Festivals għall-Istaġun 2010/11

Saturday, December 11, 2010, 8:00
Bjorn Vassallo MFA CEO addressing the Nurseries coaches

Bjorn Vassallo MFA CEO addressing the Nurseries coaches

Il-Youth Football Association nidiet il-Gatorade Fun Football Festivals ta’ l-U/11 u l-U/13 għal dan l-istaġun, fl-laqgħa ġewwa s- Centenary Hall f’Ta’Qali fil-preżenza tal-Head Coaches u diriġenti tan-nurseries kollha parteċipanti.

 Is-Segretarju Ġenerali ta’ l-assoċjazzjoni, Joe Micallef, ta bidu għal-laqgħa billi qara r-regolamenti tal-festivals u enfasizza sabiex kemm in-nurseries u l-clubs lokali jieħdu l-logħba bis serjeta’ u li l-amministrazzjonijiet rispettivi għandhom iġibu rispett lejn ir-regolamenti u l-ispirtu tal-logħba.  Warajh Alfred Caciattolo u Francis Zammit daħlu iktar fid-dettal rigward il-fixtures ta l-U/11 u U/13.

Il-President tal-Youth FA, Fr. Hilary Tagliaferro fakkar fir-responsabilitajiet li għandhom in-nurseries u l-coaches lejn it-tfal fdati f’idejhom.  Huwa kompla billi tenna li t-tfal jitwieldu bit-talent naturali tal-football u l-coaches jistaw jgħinhuhom u jindokraw dan it-talent.  Fr. Hilary għalaq billi stieden lil-coaches sabiex ikomplu jistudjaw u jfittxu modi ġodda sabiex jagħmlu t-training iktar interessanti.

Is-CEO tal-Malta Football Association, Bjorn Vassallo, enfasizza kemm il-Malta Football Association għandha għal-qalba il-grassroots tal-football.  Huwa tenna li l-ħolma tal-President, Norman Darmanin Demajo, li l-Youth FA tkun fizikament iktar viċin l-MFA ġewwa Ta’ Qali, dalwaqt issir rejalta.  Bjorn Vassallo kompla li din se tkun biss il-bidu tal-vizjoni fit-tul li għandhom għal-Youth FA, għaliex l-MFA trid wkoll li s- Centenary Stadium mill-istaġun li ġej ikun amministrat u użat esklussivament mill-Youth FA, filwaqt li ser jagħmlu investimenti kbar ħafna fis-settur tal-youth football.

Is-Segretarju Ġenerali għalaq il-laqgħa billi irringrazzja lil-Farsons li permezz tal-Gatorade qiegħed jisponsorjha dawn it-tournaments għal-14-il sena konsekkuttiva.





Leave a comment